EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0209

Kawża C-209/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl- 4 ta’ Mejju 2011 — Sportingbet PLC vs Ypourgos Politismou, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon

OJ C 194, 2.7.2011, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl-4 ta’ Mejju 2011 — Sportingbet PLC vs Ypourgos Politismou, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon

(Kawża C-209/11)

2011/C 194/15

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sportingbet PLC

Konvenuti: Ypourgos Politismou, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon.

Domandi preliminari

(1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi ristretta l-provvista ta’ logħob bix-xorti, tagħti d-dritt esklużiv ta’ ġestjoni, tmexxija, organizzazzjoni u operat ta’ logħob bix-xorti lil impriża waħda, li għandha l-forma ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata kkwotata fil-borża, hija kompatibbli mal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat KE fejn, barra minn hekk, din l-impriża tirreklama l-logħob bix-xorti li torganizza u tespandi lejn pajjiżi barranin, il-lagħba jipparteċipaw liberament u l-imħatri u r-rebħ massimi huma stabbiliti għal kull formula u mhux għal kull lagħab?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, leġiżlazzjoni nazzjonali li, bil-għan esklużiv li tiġġieled il-kriminalità billi teżerċita kontroll fuq l-impriżi li joperaw fis-settur inkwistjoni sabiex tiżgura li dawk l-attivitajiet isiru biss f’sistema kkontrollata, tikkonċedi lil impriża waħda d-dritt esklużiv ta’ ġestjoni, tmexxija, organizzazzjoni u operat ta’ logħob bix-xorti, tkun kompatibbli mal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat KE anki meta l-konċessjoni tad-dritt tkun tirriżulta fl-istess ħin f’espansjoni tal-provvista inkwistjoni? Jew huwa neċessarju f’kull każ, sabiex din ir-restrizzjoni titqies li hija xierqa sabiex jintlaħaq l-għan ta’ ġlieda kontra l-kriminalità, li l-espansjoni tal-provvista tkun f’kull każ ikkontrollata, jiġifieri, tkun kbira biss daqs kemm ikun neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-għan? Jekk din l-espansjoni għandha f’kull każ tiġi kkontrollata, tista’ l-espansjoni titqies li hija kkontrollata minn dak l-aspett jekk id-dritt esklużiv fis-settur inkwistjoni jingħata lil korp li għandu l-kwalitajiet deskritti fl-ewwel domanda? Finalment, jekk il-konċessjoni tad-dritt esklużiv inkwistjoni titqies li tirriżulta f’espansjoni kkontrollata tal-provvista ta’ logħob bix-xorti, il-konċessjoni tiegħu lil impriża waħda tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju, fis-sens li l-istess għan jista’ wkoll jintlaħaq b’suċċess bil-konċessjoni ta’ dak id-dritt lil iktar minn impriża waħda?

(3)

Jekk, abbażi taż-żewġ domandi preċedenti, jitqies li l-konċessjoni, permezz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti f’dan il-każ, ta’ dritt esklużiv ta’ ġestjoni, tmexxija, organizzazzjoni u operat ta’ logħob bix-xorti ma hijiex kompatibbli mal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat KE: (a) huwa permess, għall-iskopijiet ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, li l-awtoritajiet nazzjonali ma jeżaminawx, matul perijodu tranżitorju meħtieġ sabiex isiru liġijiet kompatibbli mat-Trattat KE, applikazzjonijiet għal parteċipazzjoni fl-attivitajiet inkwistjoni mressqa minn persuni legalment stabbiliti fi Stati Membri oħra; (b) jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, abbażi ta’ liema kriterji għandu jiġi ddeterminat it-tul ta’ dak il-perijodu ta’ tranżizzjoni; (ċ) jekk ma huwa permess ebda perijodu ta’ tranżizzjoni, abbażi ta’ liema kriterji għandhom l-awtoritajiet nazzjonali jiddeċiedu dwar l-applikazzjonijiet?


Top