EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0031

Kawża F-31/11: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Marzu 2011 — ZZ vs CEDEFOP

OJ C 186, 25.6.2011, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/33


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2011 — ZZ vs CEDEFOP

(Kawża F-31/11)

2011/C 186/62

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tas-CEDEFOP li ttemm l-impjieg tar-rikorrent u talba għall-kumpens tad-dannu materjali u morali subit.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ April 2010 tad-Direttur tas-CEDEFOP li ttemm l-impjieg tar-rikorrent;

jikkundanna lis-CEDEFOP tħallaslu, b’kumpens għad-dannu materjali subit minnu fin-nuqqas ta’ reintegrazzjoni jew sakemm issir din ir-reintegrazzjoni eventwali, id-differenza bejn ir-remunerazzjoni u l-pensjoni li minnha huwa kien jibbenefika li kieku baqa’ fil-pożizzjoni tiegħu wara l-15 ta’ Novembru 2010, minn naħa, u, min-naħa l-oħra, ir-remunerazzjoni eventwali jew il-benefiċċji tal-qagħad u l-pensjoni li minnha kien jibbenefika wara din id-data;

jikkundanna lis-CEDEFOP tħallaslu l-ammont ta’ EUR 35 000 bħala kumpens għad-dannu morali tiegħu, evalwata b’mod provviżorju;

jikkundanna lil CEDEFOP għall-ispejjeż.


Top