EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0299

Kawża T-299/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 17 ta’ Mejju 2011 — Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-klorat tas-sodju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Prinċipju ta’ legalità tal-pieni — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Użu ħażin ta’ poter — Multi — Ċirkustanza aggravanti — Dissważjoni — Ċirkustanza attenwanti — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Valur miżjud sinjifikattiv” )

OJ C 186, 25.6.2011, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011 — Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-299/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-klorat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Prinċipju ta’ legalità tal-pieni - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Użu ħażin ta’ poter - Multi - Ċirkustanza aggravanti - Dissważjoni - Ċirkustanza attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Valur miżjud sinjifikattiv)

2011/C 186/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Elf Aquitaine SA (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u S. Thibault-Liger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, É. Gippini Fournier u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Primarjament, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.695 — Klorat tas-Sodju), sa fejn din tal-aħħar tikkonċernaha u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammonti tal-multi imposti fuqha fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Elf Aquitaine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


Top