EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0375

Kawża C-375/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 3 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Sąd Najwyższy — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów vs Tele2 Polska sp. z o.o., li saret Netia S.A. ( “Kompetizzjoni — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Artikolu 5 — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Kompetenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri sabiex jikkonstataw in-nuqqas ta’ ksur tal-Artikolu 102 TFUE” )

OJ C 186, 25.6.2011, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Sąd Najwyższy — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów vs Tele2 Polska sp. z o.o., li saret Netia S.A.

(Kawża C-375/09) (1)

(Kompetizzjoni - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 5 - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Kompetenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri sabiex jikkonstataw in-nuqqas ta’ ksur tal-Artikolu 102 TFUE)

2011/C 186/06

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

Konvenuta: Tele2 Polska sp. z o.o., li saret Netia S.A..

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Najwyższy — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Kompetenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri sabiex jikkonstataw permezz ta’ deċiżjoni li l-Artikolu 82 KE ma japplikax għall-prattiki kummerċjali ta’ impriża

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, meta, sabiex tapplika l-Artikolu 102 TFUE, hija teżamina jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu ġewx sodisfatti u li, wara dan l-eżami, hija tqis li ma kienx hemm prattika abbużiva, milli tkun tista’ tieħu deċiżjoni li tikkonkludi li ma hemmx ksur tal-imsemmi artikolu.

(2)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1/2003 huwa ta’ applikazzjoni diretta u jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regola tad-dritt nazzjonali li timponi t-tmiem ta’ proċedura dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE b’deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ ksur tal-imsemmi artikolu.


(1)  ĠU C 297, 05.12.2009


Top