EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0069

Kawża T-69/11: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Jannar 2011 — Truvo Belgium vs UASI — AOL (Truvo)

OJ C 89, 19.3.2011, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/26


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Truvo Belgium vs UASI — AOL (Truvo)

(Kawża T-69/11)

2011/C 89/51

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Truvo Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentant: O. F. A. W. van Haperen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AOL LLC (Dulles, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Ottubru 2010 fil-Każ R 956/2009-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur “Truvo” għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 38 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6288484

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade Komunitarja rreġistrata bin-Nru 4756169 tat-trade mark figurattiva “TRUVEO” għal servizzi fil-klassi 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għal trade mark miċħuda għall-klassi 38 kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, kif ukoll ma għandhiex motivazzjoni adegwata peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball (i) fil-paragun tas-servizzi, (ii) fil-paragun tas-sinjali, (iii) fl-evalwazzjoni tiegħu tal-pubbliku rilevanti u (iv) fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


Top