EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0194

Kawża T-194/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Frar 2011 — Lan Airlines vs UASI — Air Nostrum (LINEAS AEREAS DEL MEDITERRANEO LAM) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LINEAS AEREAS DEL MEDITERRANEO LAM — Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti LAN — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

OJ C 89, 19.3.2011, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2011 — Lan Airlines vs UASI — Air Nostrum (LINEAS AEREAS DEL MEDITERRANEO LAM)

(Kawża T-194/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LINEAS AEREAS DEL MEDITERRANEO LAM - Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti LAN - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 89/36

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Lan Airlines, SA (Renca, iċ-Ċilì) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo, SA (Manises, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Frar 2009 (Każ R 107/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lan Airlines, SA u Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Lan Airlines, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 167, 18.7.2009.


Top