EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0616

Kawża C-616/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank ’s-Gravenhage (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid- 29 ta’ Diċembru 2010 — Solvay SA vs Honeywell Fluorine Products Europe BV et

OJ C 89, 19.3.2011, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank ’s-Gravenhage (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Solvay SA vs Honeywell Fluorine Products Europe BV et

(Kawża C-616/10)

2011/C 89/17

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank ’s-Gravenhage

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Solvay SA

Konvenuta: Honeywell Fluorine Products Europe BV et

Domandi preliminari

(1)

F’sitwazzjoni fejn żewġ kumpanniji jew iktar li joriġinaw minn Stati Membri differenti, huma akkużati, separatament, fi proċeduri pendenti quddiem qorti ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri, bi ksur tal-istess parti nazzjonali ta’ privattiva Ewropea li hija fis-seħħ fi Stat Membru ieħor, minħabba l-atti riżervati tagħhom li jikkonċernaw l-istess prodott, hemm il-possibbiltà ta’ “ġudizzji irrikkonċiljabbli” jekk il-kawżi jiġu deċiżi separatament skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (1)?

(2)

L-Artikolu 22(4) tar-Regolament huwa applikabbli għal proċeduri intiżi għall-kisba ta’ miżura provviżorja abbażi ta’ privattiva barranija (bħall-projbizzjoni provviżorja ta’ ksur transkonfinali) fil-każ fejn il-konvenut jinvoka, bħala difiża, in-nullità tal-privattiva invokata, b’kunsiderazzjoni għall-fatt li l-qorti f’tali każ ma tagħtix deċiżjoni definittiva dwar il-validità tal-privattiva invokata, iżda tevalwa kif il-qorti li għandha ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament ser tiddeċiedi f’dan ir-rigward, u li l-miżura provviżorja mitluba, fil-forma ta’ projbizzjoni ta’ ksur, tkun irrifjutata jekk il-qorti tqis li teżisti possibbiltà raġonevoli u mhux negliġibbli li l-privattiva invokata ser tiġi annullata mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni?

(3)

Għall-finijiet tal-applikabbiltà tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament fil-kuntest ta’ proċeduri bħal dawk imsemmija fid-domanda preċedenti, l-eċċezzjoni dwar in-nullità hija suġġetta għal rekwiżiti proċedurali fis-sens li dan l-artikolu jkun japplika biss meta azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ nullità tkun diġà tressqet jew tkun ser titressaq — f’terminu li għandu jiġi stabbilit mill-qorti — quddiem il-qorti li għandha ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament, jew minn tal-inqas, li jkun ġie jew ikun ser jiġi nnotifikat rikors lill-proprjetarju tal-privattiva, jew huwa biżżejjed li titqajjem eċċezzjoni dwar in-nullità, u, skont il-każ, jeżistu rekwiżiti fir-rigward tal-kontenut tal-eċċezzjoni invokata fis-sens li għandu jiġi sostnut suffiċjentement u/jew li l-fatt li tiġi invokata tali eċċezzjoni ma għandux jitqies li huwa abbuż proċedurali?

(4)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-qorti jibqa’ jkollha ġurisdizzjoni fir-rigward tal-proċeduri ta’ ksur wara li tkun tqajmet eċċezzjoni dwar in-nullità fi proċeduri bħal dawk imsemmija fl-ewwel domanda bil-konsegwenza li (jekk din tkun ir-rieda tar-rikorrent) il-proċeduri ta’ ksur għandhom jiġu sospiżi sakemm il-qorti li għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 22(4) tar-Regolament tiddeċiedi dwar il-validità tal-parti nazzjonali tal-privattiva invokata, jew li t-talba għandha tiġi miċħuda peress li huwa impossibbli li tittieħed deċiżjoni dwar eċċezzjoni essenzjali għad-deċiżjoni, jew il-qorti titlef il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tiddeċiedi fuq proċeduri ta’ ksur wara li tkun tqajmet eċċezzjoni dwar in-nullità?

(5)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-qorti nazzjonali tista’ tibbaża fuq l-Artikolu 31 tar-Regolament il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tiddeċiedi fuq azzjoni intiża għall-kisba ta’ miżura provviżorja bbażata fuq privattiva barranija (bħall-projbizzjoni ta’ ksur transkonfinali) u li kontra tagħha titqajjem eċċezzjoni dwar in-nullità ta’ privattiva invokata, jew (fis-sitwazzjoni fejn jiġi deċiż li l-applikabbiltà tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament ma taffettwax il-ġurisdizzjoni tar-Rechtbank li tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tal-ksur) il-ġurisdizzjoni tagħha li tiddeċiedi fuq eċċezzjoni dwar in-nullità tal-privattiva barranija invokata?

(6)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda, liema huma l-fatti jew iċ-ċirkustanzi li huma neċessarji sabiex tiġi konkluża rabta vera, kif imsemmi fil-punt 40 tas-sentenza Van Uden (2), bejn is-suġġett tal-miżuri mitluba u l-ġurisdizzjoni territorjali tal-Istat kontraenti tal-qorti li quddiemha titressaq it-talba għal tali miżuri?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)

(2)  Sentenza tas-17 ta’ Novembru 1998, Van Uden, C-391/95, Ġabra p. I-7091.


Top