EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CB0449

Kawża C-449/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad — il-Bulgarija) — Canon Kabushiki Kaisha vs IPN Bulgaria OOD (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-ŻEE, mingħajr il-kunsens tiegħu, ta’ prodotti li għandhom din it-trade mark)

OJ C 89, 19.3.2011, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad — il-Bulgarija) — Canon Kabushiki Kaisha vs IPN Bulgaria OOD

(Kawża C-449/09) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-ŻEE, mingħajr il-kunsens tiegħu, ta’ prodotti li għandhom din it-trade mark)

2011/C 89/02

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Canon Kabushiki Kaisha

Konvenuta: IPN Bulgaria OOD

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sofiyski gradski sad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 flimkien mal-Artikolu 7 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) — Importazzjoni parallela ta’ prodotti oriġinali mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tad-dritt mogħti mit-trade mark — Possibbiltà, għal dan il-proprjetarju, li jipprekludi l-użu, mingħajr il-kunsens tiegħu, fil-kummerċ, ta’ sinjal li huwa identiku għat-trade mark — Dritt tal-proprjetarju li ma huwiex eżawrit.

Dispożittiv

L-Artikolu 5 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi l-ewwel użu fil-kummerċ, mingħajr il-kunsens tiegħu, fiż-Żona Ekonomika Ewropea, ta’ prodotti ta’ oriġni li għandhom din it-trade mark.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


Top