EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0338

Kawża C-338/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat Wien — l-Awstrija) — Yellow Cab Verkehrsbetriebs GmbH vs Landeshauptmann von Wien (Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Regoli tal-kompetizzjoni — Trasport bil-kabotaġġ — Trasport nazzjonali ta’ persuni permezz tax-xarabank — Applikazzjoni għal operazzjonijiet ta’ servizz — Liċenzja — Awtorizzazzjoni — Kundizzjonijiet — Dispożizzjoni ta’ sede jew ta’ stabbiliment permanenti fit-territorju nazzjonali — Tnaqqis tad-dħul li jikkomprometti l-profitti tal-operazzjonijiet ta’ servizz diġà konċess)

OJ C 63, 26.2.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat Wien — l-Awstrija) — Yellow Cab Verkehrsbetriebs GmbH vs Landeshauptmann von Wien

(Kawża C-338/09) (1)

(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Libertà ta’ stabbiliment - Regoli tal-kompetizzjoni - Trasport bil-kabotaġġ - Trasport nazzjonali ta’ persuni permezz tax-xarabank - Applikazzjoni għal operazzjonijiet ta’ servizz - Liċenzja - Awtorizzazzjoni - Kundizzjonijiet - Dispożizzjoni ta’ sede jew ta’ stabbiliment permanenti fit-territorju nazzjonali - Tnaqqis tad-dħul li jikkomprometti l-profitti tal-operazzjonijiet ta’ servizz diġà konċess)

2011/C 63/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Yellow Cab Verkehrsbetriebs GmbH

Konvenut: Landeshauptmann von Wien

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat Wien — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 KE et seq, kif ukoll tal-Artikolu 81 KE et seq — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ liċenzja għall-operazzjonijiet ta’ servizz ta’ trasport pubbliku għall-kundizzjoni doppja li l-applikant għal din il-liċenzja jkun stabbilit f’dan l-Istat u li s-servizz ġdid ma jkunx ta’ theddida għall-profittabbiltà ta’ servizz ta’ trasport simili eżistenti

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, għall-finijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ servizz urban ta’ trasport pubbliku ta’ persuni permezz tax-xarabank li joperaw regolarment waqfiet predeterminati skont orarju stabbilit bil-quddiem, teħtieġ li l-operaturi ekonomiċi li jippreżentaw l-applikazzjoni, stabbiliti fi Stati Membri oħra, ikollhom sede jew stabbiliment ieħor fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru qabel ma l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ dan is-servizz tingħata lilhom. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi rekwiżit ta’ stabbiliment, meta dan huwa meħtieġ wara l-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni u qabel ma l-applikant jibda l-operazzjonijiet ta’ dan is-servizz.

(2)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi r-rifjut tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-finijiet tal-operazzjonijiet ta’ servizz ta’ xarabank turistiku minħabba t-tnaqqis tal-profitti ta’ impriża kompetitriċi li għandha awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ servizz totalment jew parzjalment identiku għal dak mitlub, u dan fuq il-bażi tal-affermazzjonijiet biss ta’ din l-impriża kompetitriċi.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009


Top