EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0509

Kawża C-509/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshofs (il-Ġermanja) fis- 26 ta’ Ottubru 2010 — Josef Geistbeck und Thomas Geistbeck vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

OJ C 30, 29.1.2011, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshofs (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ottubru 2010 — Josef Geistbeck und Thomas Geistbeck vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

(Kawża C-509/10)

()

2011/C 30/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Josef Geistbeck u Thomas Geistbeck

Konvenuta: Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

Domandi preliminari

Id-domandi li ġejjin, li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kusnill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (1), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95, tal-24 ta’ Lulju 1995, li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (2), huma rrinvijati lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont is-subparagrafu (b) tal-ewwel paragrafu, kif ukoll it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE:

(a)

Il-kumpens raġonevoli dovut minn bidwi, skont l-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2100/94, lil detentur ta’ dritt tal-varjetajiet ta’ pjanti tal-Komunità għax ikun uża materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetà protetta miksuba minn tiżrigħ mingħajr ma jkun wettaq l-obbligi stipulati fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94 u fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1768/95, għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-ammont medju li jintalab għall-produzzjoni liċenzjata ta’ materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetajiet protetti tal-ispeċi tal-pjanti kkonċernata fl-istess żona jew abbażi tal-ħlas (inqas) li jkun dovut, skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94 u l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1768/95, f’każ ta’ tiżrigħ awtorizzat?

(b)

Jekk il-kalkolu għandu jsir biss abbażi tal-ħlas dovut f’każ ta’ tiżrigħ awtorizzat:

F’sitwazzjoni bħal din, u meta l-bidwi jkun ikkommetta biss att wieħed ta’ ksur minħabba negliġenza jew intenzjoni tiegħu, id-detentur tad-dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti jista’ jikkalkola l-ammont tad-dannu li għandu jiġi kkumpensat skont l-Artikolu 94(2) tar-Regolament Nru 2100/94 bħala somma fissa, abbażi tal-ħlas li jsir għall-għoti ta’ liċenzja għall-produzzjoni ta’ materjal ta’ propogazzjoni?

(c)

Meta jiġi kkalkolat il-kumpens raġonevoli dovut skont l-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2100/94 jew il-kumpens għad-dannu dovut skont l-Artikolu 94(2) tal-imsemmi regolament, l-ispejjeż tal-mezzi ta’ kontroll partikolarment għoljin li tidħol fihom entità li tiddefendi d-drittijiet ta’ numru kbir ta’ detenturi ta’ drittijiet jistgħu, jew saħansitra għandhom, jittieħdu inkunsiderazzjoni b’tali mod li jingħata d-doppju tal-kumpens miftiehem normalment jew id-doppju tal-ħlas dovut skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 63.


Top