EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0499(01)

Kawża C-499/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 12 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Ingeniørforeningen i Danmark, li taġixxi għal Ole Andersen vs Region Syddanmark (Direttiva 2000/78/KE — Trattament ugwali fil-qasam tal-impjieg u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Nuqqas ta’ ħlas tal-kumpens għal tkeċċija lill-ħaddiema eliġibbli għall-benefiċċju ta’ pensjoni tax-xjuħija)

OJ C 346, 18.12.2010, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Ingeniørforeningen i Danmark, li taġixxi għal Ole Andersen vs Region Syddanmark

(Kawża C-499/08) (1)

(Direttiva 2000/78/KE - Trattament ugwali fil-qasam tal-impjieg u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Nuqqas ta’ ħlas tal-kumpens għal tkeċċija lill-ħaddiema eliġibbli għall-benefiċċju ta’ pensjoni tax-xjuħija)

2010/C 346/10

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ingeniørforeningen i Danmark, li taġixxi għal Ole Andersen

Konvenut: Region Syddanmark

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p. 16) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-ħlas ta’ kumpens għal tkeċċija lill-ħaddiema mkeċċija li kienu impjegati għal numru ta’ snin konsekuttivi mal-istess persuna, ħlief jekk dawn il-ħaddiema jkunu laħqu l-età li fiha huma jkollhom id-dritt għal pensjoni tax-xjuħija li għaliha jkun ikkontribwixxa min ħaddimhom — Diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq l-età

Dispożittiv

L-Artikoli 2 u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-ħaddiema eliġibbli għall-benefiċċju ta’ pensjoni tax-xjuħija mħallsa minn min kien iħaddimhom skont skema ta’ pensjoni li fiha huma ssieħbu qabel ma kellhom l-età ta’ 50 sena ma jistgħux, minħabba dan il-fatt biss, jibbenefikaw minn kumpens speċjali għal tkeċċija intiż sabiex jiffavorixxi r-riintegrazzjoni professjonali ta’ ħaddiema li jkollhom anzjanità ta’ iktar minn tnax-il sena fl-impriża.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009


Top