EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0448

Kawża T-448/10: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Settmbru 2010 — Apple vs UASI — Iphone Media (IPH IPHONE)

OJ C 328, 4.12.2010, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/36


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settmbru 2010 — Apple vs UASI — Iphone Media (IPH IPHONE)

(Kawża T-448/10)

()

2010/C 328/63

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apple, Inc. (Cupertino, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Engelman, barrister u J. Olsen, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Iphone Media, SA (Seville, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-21 ta’ Lulju 2010 fil-Każ R 1084/2009-4;

tilqa’ l-oppożizzjoni tar-rikorrenti;

sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob li l-oppożizzjoni tintlaqa’ fir-rigward ta’ prodotti u servizzi li għalihom jinstab li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni u/jew għal prodotti u servizzi li għalihom jiġi kkonstatat li jeżisti riskju li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tieħu vantaġġ inġust minn, jew li tkun detrimentali għall-karattru distintiv jew ir-reputazzjoni tat-trade mark tar-rikorrent;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “IPH IPHONE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 38, 41 u 42 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5562822

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2901007 għat-trade mark verbali “IPHONE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-artikoli għat-trade mark ikkontestata.


Top