EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0422

Kawża C-422/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) fis- 27 ta’ Awwissu 2010 — Georgetown University, University of Rochester, Loyola University of Chicago vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

OJ C 301, 6.11.2010, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) fis-27 ta’ Awwissu 2010 — Georgetown University, University of Rochester, Loyola University of Chicago vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

(Kawża C-422/10)

()

2010/C 301/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Georgetown University, University of Rochester, Loyola University of Chicago

Konvenuta: Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

Domanda preliminari

(1)

Ir-Regolament ĊPS u, b’mod partikolari l-Artikolu 3(b) tiegħu, jippermetti l-għoti ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal ingredjent wieħed attiv jew għal kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi meta:

(a)

privattiva bażika fis-seħħ tipproteġi ingredjent wieħed attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament ĊPS; u

(b)

prodott mediċinali li jinkludi l-ingredjent wieħed attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi flimkien ma’ ingredjent attiv ieħor jew iktar ikun is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni valida mogħtija skont id-Direttiva 2001/83/KE (1) jew id-Direttiva 2001/82/KE (2) li tkun l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ppermettiet it-tqiegħed fis-suq tal-ingredjent wieħed attiv jew tal-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi?


(1)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69)

(2)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 27, p. 1)


Top