EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0069

Kawża F-69/10: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Awwissu 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

OJ C 288, 23.10.2010, p. 75–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/75


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-69/10)

()

(2010/C 288/142)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għal kumpens għad-dannu subit minħabba li l-konvenuta bagħtet itrra lil avukat li kien għadu mhux ir-rappreżentant tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, indipendentement mill-forma tagħha, li tiċħad it-talba, tat-30 ta’ Ottubru 2009, mibgħuta mir-rikorrent lill-Awtorità tal-Ħatra;

l-annullament tan-nota, tal-11 ta’ Novembru 2009, bir-referenza ADMIN.B.2/MB/1sD(09)29814;

l-annullament, sa fejn huwa neċessarju, tal-att tal-Kummissjoni li jiċħad l-ilment tal-25 ta’ Jannar 2010, mibgħut lill-Awtorità tal-Ħatra mir-rikorrent, ippreżentat kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba, tat-30 ta’ Ottubru 2009, għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni tal-aħħar u bl-għan li tintlaqa’ t-talba tat-30 ta’ Ottubru 2009;

l-annullament, sa fejn huwa neċessarju, tan-nota bir-referenza HR.D.2/MB/ls Ares (2010) 251054, tal-10 ta’ Mejju 2010, miktuba bil-Franċiż u rċevuta mir-rikorrent wara s-17 ta’ Mejju 2010, flimkien ma’ traduzzjoni bit-Taljan;

il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas għad-dannu subit b’mod inġust mir-rikorrent minħabba li ntbagħtet in-nota, tal-10 ta’ Awwissu 2009, bir-referenza ADMIN.B.2/MB/ksD(09)20658 lil Giuseppe Cipressa, billi tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 000, jew somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jikkunsidra ġusta u ekwa;

il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrent, mill-jum ta’ wara d-data li fiha t-talba, tat-30 ta’ Ottubru 2009, waslet għand il-Kummissjoni sa’ meta jsir il-ħlas effettiv tas-somma ta’ EUR 10 000, l-interessi fuq l-imsemmija somma b’rata annwali ta’ 10 % b’kapitalizzazzjoni annwali;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top