EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0312

Kawża T-312/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Alexiadou ( “Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt li jikkonċerna proġett għal żvilupp ta’ teknoloġija għall-produzzjoni ta’ ġlud impermeabbli — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt — Rimbors tal-ammonti mħallsa — Interessi moratorji — Rinviju lill-Qorti Ġenerali wara annullament — Proċedura fil-kontumaċja” )

OJ C 288, 23.10.2010, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Alexiadou

(Kawża T-312/05) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt li jikkonċerna proġett għal żvilupp ta’ teknoloġija għall-produzzjoni ta’ ġlud impermeabbli - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt - Rimbors tal-ammonti mħallsa - Interessi moratorji - Rinviju lill-Qorti Ġenerali wara annullament - Proċedura fil-kontumaċja)

(2010/C 288/54)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Triantafyllou, aġent)

Konvenuta: Efrosyni Alexiadou (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: C. Matellas, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 238 KE intiż li jikseb ir-rimbors tal-ammont ta’ EUR 23 036,31 mħallsa minn din tal-aħħar lill-konvenuta fil-kuntest ta’ kuntratt li jikkonċerna proġett għal żvilupp ta’ teknoloġija maħsuba għall-produzzjoni ta’ ġlud impermeabbli (Kuntratt G1ST-CT-2002-50227), flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

(1)

Efrosyni Alexiadou hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 23 036,31, flimkien mal-interessi moratorji:

bir-rata ta’ 5,25 % fis-sena, li tibda tgħodd mill-1 ta’ Marzu 2003 sal-31 ta’ Awwissu 2005;

bir-rata legali annwali applikabbli skont il-liġi Belġjana, b’rata ta’ mhux iktar minn 5,25 % fis-sena, li tibda tgħodd mill-1 ta’ Settembru 2005 sa meta d-dejn jitħallas kollu

(2)

Efrosyni Alexiadou hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 271, 29.10.2005


Top