EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0392

Kawża C-392/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl- 4 ta’ Awwissu 2010 — Suiker Unie GmbH — Zuckerfabrik Anklam vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

OJ C 288, 23.10.2010, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Awwissu 2010 — Suiker Unie GmbH — Zuckerfabrik Anklam vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-392/10)

()

(2010/C 288/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Suiker Unie GmbH — Zuckerfabrik Anklam

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domanda preliminari

(1)

Il-kundizzjoni sabiex tinkiseb rifuzjoni differenzjata, li hija rregolata mid-dispożizzjoni stipulata fl-Artikolu 15(1) flimkien mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, tal-15 ta’ April 1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (1), jiġifieri, it-twettiq tal-formalitajiet doganali tal-importazzjoni, hija sodisfatta meta, fil-pajjiż terz ta’ destinazzjoni, wara r-rilaxx taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul mingħajr ħlas ta’ dazji fuq l-importazzjoni, il-prodott ikun għadda minn ipproċessar jew xogħol sostanzjali fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2) u li l-prodott li jirriżulta minn dan l-ipproċessar jew xogħol kien ġie esportat f’pajjiż terz?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 129.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.


Top