EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CB0312

Kawża C-312/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas- 17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Anotato Dikastirio Kyprou — Ir-Repubblika ta’ Ċipru) — Giorgos Michalias vs Christina A. Ioannou-Michalia (It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Regolament (KE) Nru 1347/2000 — Artikoli 2, 42 u 46 — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni f’materji matrimonjali — Adeżjoni ta’ Stat mal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ divorzju mibdija qabel l-adeżjoni — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000)

OJ C 288, 23.10.2010, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Anotato Dikastirio Kyprou — Ir-Repubblika ta’ Ċipru) — Giorgos Michalias vs Christina A. Ioannou-Michalia

(Kawża C-312/09) (1)

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Regolament (KE) Nru 1347/2000 - Artikoli 2, 42 u 46 - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni f’materji matrimonjali - Adeżjoni ta’ Stat mal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ divorzju mibdija qabel l-adeżjoni - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000)

(2010/C 288/23)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Anotato Dikastirio Kyprou

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Giorgos Michalias

Konvenuta: Christina A. Ioannou-Michalia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Anotato Dikastirio Kyprou — Ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru (Ċipru) sabiex jinterpretaw u japplikaw l-Artikoli 2(1), 42 u 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji matrimonjali u f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ konjuġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 209) — Proċeduri ta’ divorzju mibdija mir-raġel quddiem il-qrati Ċiprijotti wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament iżda qabel ma Ċipru sar Stat Membru — Proċeduri ta’ divorzju mibdija mill-mara wara l-1 ta’ Mejju 2004 quddiem il-qrati ta’ Stat Membru ieħor (ir-Renju Unit) li matul il-perijodu kollu rilevanti kien Stat Membru — Iż-żewġ konjuġi għandhom ċittadinanza Ċiprijotta iżda għandhom ir-residenza permanenti tagħhom fir-Renju Unit.

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji matrimonjali u f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ konjuġi, ma huwiex applikabbli għal kawża ta’ divorzju mibdija quddiem qorti ta’ Stat qabel ma dan tal-aħħar sar Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


Top