EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0055

Kawża F-55/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal- 11 ta’ Mejju 2010 — Maxwell vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Kollokament fl-interess tas-servizz — Leave għal raġunijiet personali — Spejjeż ta’ akkomodazzjoni u ta’ edukazzjoni — Rikors għad-danni — Responsabbiltà għal ħtija — Arrikkiment indebitu)

OJ C 234, 28.8.2010, p. 57–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/57


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta’ Mejju 2010 — Maxwell vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/09) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Kollokament fl-interess tas-servizz - Leave għal raġunijiet personali - Spejjeż ta’ akkomodazzjoni u ta’ edukazzjoni - Rikors għad-danni - Responsabbiltà għal ħtija - Arrikkiment indebitu)

2010/C 234/105

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Allan Maxwell (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-kumpens tad-dannu subit mir-rikorrent waqt il-perijodu ta’ leave għal raġunijiet personali meħud sabiex iwettaq il-funzjoni ta’ “EU Senior Advisor” fl-Organizzazzjoni tal-iżvilupp tal-enerġija Koreana, dannu kkawżat min-nuqqas ta’ rimbors ta’ spejjeż ta’ akkomodazzjoni u ta’ edukazzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ta’ A. Maxwell huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009, p. 64.


Top