EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0156

Kawża C-156/10 P: Appell ippreżentat fis- 6 ta’ April 2010 minn Karen Goncharov kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal- 21 ta’ Jannar 2010 fil-Kawża T-34/07 — Karen Goncharov vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: DSB

OJ C 148, 5.6.2010, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/21


Appell ippreżentat fis-6 ta’ April 2010 minn Karen Goncharov kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 fil-Kawża T-34/07 — Karen Goncharov vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: DSB

(Kawża C-156/10 P)

2010/C 148/32

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Karen Goncharov (rappreżentanti A. Späth u G. N. Hasselblatt, avukati)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), DSB

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha

(1)

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2010 (Kawża T-34/07),

(2)

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Diċembru 2006 (Każ R 1330/2005-2) u

(3)

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell kif ukoll għall-ispejjeż tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2010 (T-34/07) għandha tiġi annullata peress li tikser id-dispożizzjoni dwar l-esklużjoni ta’ reġistrazzjoni minħabba raġunijiet relattivi għal rifjut tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (issostitwit bir-Regolament (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja).

Il-Qorti Ġenerali applikat, b’mod żbaljat fil-liġi, il-prinċipji ġenerali għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx iċ-ċirkustanzi tal-każ b’mod komprensiv billi ma kkunsidratx li t-trade marks inkwistjoni huma fformati minn akronimi.

Il-Qorti Ġenerali fl-aħħar mill-aħħar ibbażat id-deċiżjoni tagħha biss fuq l-osservanza li l-konsumatur ġeneralment jattribwixxi l-iktar piż lill-ewwel parti tal-kliem. F’dan ir-rigward, id-differenza fil-forma tal-ittra “W” fit-trade mark ikkontestata mhijiex biżżejjed sabiex telimina x-xebh viżiv u fonetiku.

Il-Qorti Ġenerali tinjora l-fatt li t-trade marks kunfliġġenti mhumiex kliem imma akronimi. Ir-raġunijiet li wasslu għas-sentenza juru li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx evalwazzjoni komprensiva tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, iżda ddependiet biss fuq osservazzjonijiet, li barra minn dan ma jistgħux jitqiesu bħala applikabbli fil-każ preżenti sabiex fuqhom tittieħed deċiżjoni.

Fil-fatt, is-soltu l-konsumaturi janalizzaw l-ittri fl-akronimi separatament. Għalhekk għal trade marks komposti minn akronimi ma jistgħux jiġu applikati l-osservazzjonijiet li jirriżultaw mit-trades marks verbali.


Top