EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0518

Kawża C 518/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Paris - Franza) – Fundación Gala-Salvador Dalí, Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos vs Société Auteurs dans les arts graphiques et plastiques, Juan-Leonardo Bonet Domenech, Eulalia-María Bas Dalí, María del Carmen Domenech Biosca, Antonio Domenech Biosca, Ana-María Busquets Bonet, Mónica Busquets Bonet (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Dritt ta’ bejgħ mill-ġdid favur l-awtur ta’ xogħol ta’ arti oriġinali — Direttiva 2001/84/KE — Benefiċjarji tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid wara l-mewt tal-awtur tax-xogħol tal-arti — Kunċett ta’ “dawk intitolati” — Leġiżlazzjoni nazzjonali li żżomm, għal perijodu ta’ 70 sena, id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid favur il-werrieta tal-awtur biss, bl-esklużjoni ta’ legatarji u aventi kawża oħrajn — Kompatibbiltà mad-Direttiva 2001/84)

OJ C 148, 5.6.2010, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Paris - Franza) – Fundación Gala-Salvador Dalí, Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos vs Société Auteurs dans les arts graphiques et plastiques, Juan-Leonardo Bonet Domenech, Eulalia-María Bas Dalí, María del Carmen Domenech Biosca, Antonio Domenech Biosca, Ana-María Busquets Bonet, Mónica Busquets Bonet

(Kawża C 518/08) (1)

(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Dritt ta’ bejgħ mill-ġdid favur l-awtur ta’ xogħol ta’ arti oriġinali - Direttiva 2001/84/KE - Benefiċjarji tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid wara l-mewt tal-awtur tax-xogħol tal-arti - Kunċett ta’ “dawk intitolati” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li żżomm, għal perijodu ta’ 70 sena, id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid favur il-werrieta tal-awtur biss, bl-esklużjoni ta’ legatarji u aventi kawża oħrajn - Kompatibbiltà mad-Direttiva 2001/84)

2010/C 148/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fundación Gala-Salvador Dalí, Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos

Konvenuti: Société Auteurs dans les arts graphiques et plastiques, Juan-Leonardo Bonet Domenech, Eulalia-María Bas Dalí, María del Carmen Domenech Biosca, Antonio Domenech Biosca, Ana-María Busquets Bonet, Mónica Busquets Bonet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal de grande instance de Paris – Interpretazzjoni tal-Artikoli 6 u 8(2) u (3) tad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, dwar id-dritt tal-bejgħ mill ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 240) – Benefiċjarji tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid wara l-mewt tal-awtur tax-xogħol – Kompatibbiltà, mad-Direttiva 2001/84/KE, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li żżomm, matul perijodu ta’ 70 sena, id dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-werrieta tal-awtur, bl-esklużjoni tal-legatarji u tal-aventi kawża kollha

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall benefiċċju tal awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża inkwistjoni, li tirriżerva l-benefiċċju tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid biss lill-werrieta legali tal-artist, bl-esklużjoni tal-legatarji testamentarji. Fid-dawl ta’ dan, hija l qorti tar-rinviju, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali li tittrasponi l-imsemmi Artikolu 6(1), li għandha tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli rilevanti kollha intiżi li jsolvu l-kunflitti ta’ liġijiet fil-qasam tad-devoluzzjoni ta’ suċċessjoni tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009.


Top