EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/132/09

Rettifika għall-Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5740 – Gazprom/A2A/JV) ( Dan it-test iħassar u jieħu post dak ippubblikat f’Il- ĠU C 126 18.5.2010, p. 16 )

OJ C 132, 21.5.2010, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/20


Rettifika għall-Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5740 – Gazprom/A2A/JV)

(Dan it-test iħassar u jieħu post dak ippubblikat f’Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 126 tat-18 ta’ Mejju 2010, p. 16 )

2010/C 132/09

 

“Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5740 – Gazprom/A2A/JV)

(Test b'rilevanża għaż-ŻEE)

1.

Fis-7 ta' Mejju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Gazprom Germania GmbH (‘Gazprom Germania’, il-Ġermanja) li hi finalment ikkontrollata minn OAO Gazprom (‘Gazprom’, il-Federazzjoni Russa) u l-impriża A2A Spa (‘A2A’, l-Italja), akkwistat skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt tal-impriża PremiumGas S.p.A. (‘PremiumGas’, l-Italja) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Gazprom Germania: hi attiva fil-bejgħ ta' gass fl-Ewropa u fil-Komunità ta' Stati Indipendenti (KSI) (2) kif ukoll fil-kostruzzjoni tal-infrastruttura għall-gass;

għal A2A: din topera prinċipalment fl-Italja fil-provvista tal-elettriku, gass, tisħin fid-distretti u trattament tal-iskart;

PremiumGas: din hi attiva fil-provvista ta' gass naturali fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata..

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jistgħu jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data tal-pubblikazzjoni oriġinali. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301) jew b'email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5740 – Gazprom/ A2A/ JV, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘Regolament dwar l-Għaqdiet’).

(2)  Il-Pajjiżi tal-KSI huma l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Każakstan, il-Kirgiżstan, il-Moldova, il-Federazzjoni Russa, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukraina u l-Użbekistan.”


Top