EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0437

Kawża C-437/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Périgueux (Franza) fid- 9 ta’ Novembru 2009 — AG2R Prévoyance vs Beaudout Père et Fils SARL

OJ C 24, 30.1.2010, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Périgueux (Franza) fid-9 ta’ Novembru 2009 — AG2R Prévoyance vs Beaudout Père et Fils SARL

(Kawża C-437/09)

2010/C 24/48

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Périgueux

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AG2R Prévoyance

Konvenuta: Beaudout Père u Fils SARL

Domanda preliminari

L-organizzazzjoni ta’ klawżola ta’ affiljazzjoni obbligatorja fi ħdan skema supplimentari tas-saħħa hekk kif prevista mill-Artikolu L 912-1 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali, u l-klawżola magħmula obbligatorja mill-awtoritajiet pubbliċi, fuq talba tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema ta’ settur partikolari, li jipprovdu għall-affiljazzjoni fi ħdan organizzazzjoni waħda, magħżula sabiex tamministra skema supplimentari ta’ kura tas-saħħa, mingħajr ebda possibbiltà għall-impriżi tas-settur ikkonċernat li jiġu eżentati mill-affiljazzjoni, huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 81 KE u 82 KE jew huma ta’ natura li jagħtu lill-organizzazzjoni magħżula pożizzjoni dominanti li tammonta għal abbuż?


Top