EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0410

Kawża C-410/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit- 28 ta’ Ottubru 2009 — Polska Telefonia Cyfrowa sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

OJ C 24, 30.1.2010, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-28 ta’ Ottubru 2009 — Polska Telefonia Cyfrowa sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

(Kawża C-410/09)

2010/C 24/33

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Polska Telefonia Cyfrowa sp. z o.o.

Konvenut: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

Domanda preliminari

L-Artikolu 58 tat-Trattat ta’ Adeżjoni (ĠU 2003, L 236, p. 33) jippermetti li jintużaw, kontra individwi fi Stat Membru, rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-Linji gwida tal-Kummissjoni (ĠU 2002, C 165, p. 3), linji gwida li, skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29 p. 349), l-awtorità nazzjonali regolatorja għandha tieħu inkunsiderazzjoni bl-iktar mod sħiħ fl-analiżi tagħha tas-swieq rilevanti, meta dawn il-linji gwida ma jkunux ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-lingwa ta’ dan l-Istat, anki jekk din il-lingwa hija lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea?


Top