EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0299

Kawża C-299/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 10 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/18/KE — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal proċedura unika għall-għoti ta’ kuntratt ta’ definizzjoni tal-bżonnijiet u ta’ kuntratt ta’ eżekuzzjoni sussegwenti — Kompatibbiltà mal-imsemmija direttiva)

OJ C 24, 30.1.2010, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-299/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/18/KE - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal proċedura unika għall-għoti ta’ kuntratt ta’ definizzjoni tal-bżonnijiet u ta’ kuntratt ta’ eżekuzzjoni sussegwenti - Kompatibbiltà mal-imsemmija direttiva)

2010/C 24/13

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kukovec, G. Rozet u M. Konstantinidis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, J.-C. Gracia u J.-S. Pilczer, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 28 u 31 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Rikors għall-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ notifika tal-kuntratt f’każijiet mhux previsti mid-Direttiva 2004/18 — Distinzjoni bejn il-kuntratti ta’ “definizzjoni”, suġġetti għar-regoli tad-Direttiva, u l-kuntratti ta’ “eżekuzzjoni”, li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli — Ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.

Dispożittiv

(1)

Billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikoli 73 u 74-IV tal-Code des marchés publics adottat bid-Digriet Nru 2006-975 tal-1 ta’ Awwissu 2006, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu proċedura ta’ kuntratti ta’ definizzjoni li tippermetti lil awtorità kontraenti li tagħti kuntratt ta’ eżekuzzjoni (għal servizzi, għal provvisti jew għal xogħlijiet) lil wieħed mill-pussessuri tal-kuntratti ta’ definizzjoni inizjali billi tinfetaħ kompetizzjoni limitata għal dawn il-pussessuri, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 28 tad-tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi].

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008


Top