EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0263

Kawża C-263/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 15 ta' Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Högsta domstolen — L-Isvezja) — Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening vs Stockholms kommun genom dess marknämnd (Direttiva 85/337/KEE — Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent — Dritt li jiġi ppreżentat rikors kontra d-deċiżjonijiet ta’ permessi ta’ xogħlijiet li jista’ jkollhom effett notevoli fuq l-ambjent)

OJ C 297, 5.12.2009, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Högsta domstolen — L-Isvezja) — Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening vs Stockholms kommun genom dess marknämnd

(Kawża C-263/08) (1)

(Direttiva 85/337/KEE - Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent - Dritt li jiġi ppreżentat rikors kontra d-deċiżjonijiet ta’ permessi ta’ xogħlijiet li jista’ jkollhom effett notevoli fuq l-ambjent)

2009/C 297/12

Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening

Konvenuti: Stockholms kommun genom dess marknämnd

Suġġett

Talba għall deċiżjoni preliminari — Högsta domstolen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2), 6(4) u 10a u tal-punt 10 tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40), kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, p. 17) — Assoċjazzjoni lokali mingħajr skop ta’ lukru li pparteċipat fil-proċedura preliminari ta’ permess ta’ xogħlijiet li jista’ jkollhom effett notevoli fuq l-ambjent — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru li jappellaw deċiżjonijiet ta’ permess għat-tali xogħlijiet għall-kundizzjoni li jkollhom bħala għan statutorju l-protezzjoni tal-ambjent, li jkunu eżerċitaw attività matul mill-inqas tliet snin u li jkollhom minn tal-inqas 2 000 membru

Dispożittiv

(1)

Xogħlijiet bħal dawk fil-kawża prinċipali li jinvolvu t-tneħħija minn ġo mina għal kejbils tal-elettriku ta’ ilma ta’ taħt l-art li jnixxi fiha u l-infiltrazzjoni (provvista) ta’ ilma fl-art jew f’għolja biex jikkumpensa għal kull tnaqqis fl-ilma ta’ taħt l-art, u l-bini u l-manutenzjoni ta’ installazzjonijiet għat-tneħħija u għall-infiltrazzjoni, jaqgħu taħt il-Punt 10(l) tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, indipendentement mid-destinazzjoni finali tal-ilma ta’ taħt l-art u, b’mod partikolari, indipendentement mill-fatt dwar jekk l-ilma jintużax jew le iktar ’il quddiem.

(2)

Il-membri tal-pubbliku kkonċernat fis-sens tal-Artikoli 1(2) u 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandhom ikollhom il-possibbiltà li jippreżentaw rikors kontra d-deċiżjoni li, permezz tagħha, tribunal, li jappartjeni għall-organizzazzjoni ġudizzjarja ta’ Stat Membru, ikun iddeċieda dwar talba għal permess ta’ xogħlijiet, ikun liema jkun ir-rwol li seta’ kellhom fl-eżami ta’ din it-talba billi jkunu ħadu sehem fil-proċedura quddiem dan it-tribunal u billi jkunu sostnew il-pożizzjoni tagħhom f’din l-okkażjoni.

(3)

L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, jipprekludi dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva d-dritt li jitressaq rikors kontra deċiżjoni li tirrigwarda operazzjoni partikolari li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva biss fil-konfront ta’ assoċjazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ambjent li għandhom minn tal-inqas 2 000 membru.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008


Top