EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0372

Kawża T-372/09: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Settembru 2009 — Visti Beheer vs UASI — Meister (GOLD MEISTER)

OJ C 282, 21.11.2009, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/55


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2009 — Visti Beheer vs UASI — Meister (GOLD MEISTER)

(Kawża T-372/09)

2009/C 282/104

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Visti Beheer BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Herbertz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meister + Co. AG (Wollerau, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tbiddel id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-26 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1465/2008-1) billi tannulla d-deċiżjoni tal-UASI fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni (B 1 134 651) u tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 243 209 għall-prodotti inkwistjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “GOLD MEISTER”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 16, 35, 37, 40 u 42 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 243 209)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Meister + Co. AG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Ġermaniża Nru 39 534 716 u t-trade mark Komunitarja Nru 2 607 737“MEISTER”, għal prodotti fil-klassi 14; l-oppożizzjoni hija biss kontra r-reġistrazzjoni ta’ prodotti f’din il-klassi

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma teżisti l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


Top