EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0247
Case T-247/09: Action brought on 16 June 2009 — Evropaïki Dynamiki v Commission
Kawża T-247/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Ġunju 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
Kawża T-247/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Ġunju 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
OJ C 205, 29.8.2009, p. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/43 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-247/09)
2009/C 205/79
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO 10186 għall-“Produzzjoni u tixrid tas-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: TED (sit internet), ĠU S (DVD-ROM) u sostenn online u offline relatat” (ĠU 2009/S 2-001445), ikkomunikata mir-rikorrenti permezz ta’ ittra tas-7 ta’ April 2009, kif ukoll deċiżjonijiet ulterjuri tal-Kummissjoni inkluża dik li jingħata l-kuntratt lill-kuntrattur magħżul; |
— |
tordna lill-Kummissjoni tħallas id-danni tar-rikorrenti subiti minħabba l-proċedura ta’ sejħa għal offerti inkwistjoni, li jammontaw għal EUR 1 490 215,58; |
— |
tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud. |
Motivi u argumenti prinċipali
F’din il-kawża ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad l-offerta tagħha fil-kuntest ta’ sejħa miftuħa għal offerti għal servizzi ta’ produzzjoni u tixrid tas-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: TED (sit internet), ĠU S (DVD-ROM) kif ukoll tas-sostenn online u offline relatat (AO 10186) kif ukoll li tagħti l-kuntratt lill-kuntrattur magħżul. Ir-rikorrenti titlob ulterjorment il-kumpens għad-danni allegatament sostnuti minħabba l-proċedura ta’ sejħa għal offerti.
Insostenn ta’ dawn it-talbiet, ir-rikorrenti tressaq dawn il-motivi.
L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta wettqet diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u li rrifjutat li tipprovdi ġustifikazzjoni jew spjegazzjoni lir-rikorrenti bi ksur tar-regolament finanzjarju (1) u r-regoli li jimplementawh kif ukoll bi ksur tad-Direttiva 2004/18 (2) u tal-Artikolu 253 KE. Hija ssostni li qatt ma ngħatat informazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-merti tal-offerent li ntgħażel kif kellha l-obbligu li tagħmel minkejja t-talba bil-miktub mir-rikorrenti. Fl-opinjoni tar-rikorrenti, il-kummenti mogħtija mill-Kummissjoni ma kinux ċari, ma ġewx issostanzjati u kienu qosra u ma jikkostitwixxux motivazzjoni raġonevoli. Ir-rikorrenti ssostni ulterjorment li l-Kummissjoni kkoreġiet ex-post il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata wara l-kumitat ta’ evalwazzjoni rreveda r-rapport tagħha u ddeċieda li jħassar kumment li jikkonċerna l-offerenti li ntgħażel.
It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-Artikoli 106 u 107 tar-regolament finanzjarju kif ukoll il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni billi ma eskludietx offerenti li kienu jiddependu fuq xogħol imwettaq f’pajjiżi li ma jiffurmawx parti mill-WTO/GPA; jekk tħalli lil dawn l-offerenti jipparteċipaw, ir-rikorrenti ssostni li għandha timxi b’mod ġust, trasparenti u nondiskriminatorju, billi tiċċara l-kriterji ta’ għażla li tuża biex teskludi jew taċċetta ċerti kumpanniji.
It-tielet nett, ir-rikorrenti ssosnti li l-konvenuta wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-offerta tar-rikorrenti meta pparagunata ma’ offerenti oħra filwaqt li naqset milli tagħti motivazzjoni peress li l-kunsiderazzjonijiet negattivi tal-kumitat ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-offerta tar-rikorrenti ma kinux ċari u ma ġewx issostanzjati.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 2002 L 248, p. 1)
(2) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU 2004 L 134, p. 114)