EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0238

Kawża T-238/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 9 ta’ Lulju 2009 — Ristic et vs Il-Kummissjoni ( Politika dwar is-saħħa tal-annimali — Miżuri ta’ protezzjoni — Deċiżjoni 2007/362/KE — Rikors għal annullament — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għad-danni — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettatitvi leġittimi — Obbligu ta’ premura — Dritt ta’ proprjetà u dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika )

OJ C 205, 29.8.2009, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Ristic et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/07) (1)

(“Politika dwar is-saħħa tal-annimali - Miżuri ta’ protezzjoni - Deċiżjoni 2007/362/KE - Rikors għal annullament - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettatitvi leġittimi - Obbligu ta’ premura - Dritt ta’ proprjetà u dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika”)

2009/C 205/60

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ristic AG (Burgthann, il-Ġermanja); Piratic Meeresfrüchte Import GmbH (Burgthann, il-Ġermanja); Prime Catch Seafood GmbH (Burgthann, il-Ġermanja); u Rainbow Export Processing, SA (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Erlbacher u A. Szmytkowska, aġenti)

Suġġett

Min-naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/362/KE, tas-16 ta’ Mejju 2007, li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 138, p. 18), u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal annullament.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ristic AG, Piratic Meeresfrüchte Import GmbH, Prime Catch Seafood, u Rainbow Export Processing, SA huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


Top