EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0444

Kawża T-444/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 30 ta’ Ġunju 2009 — CPEM vs Il-Kummissjoni (FSE — Kanċellament ta’ għajnuna finanzjarja — Rapport tal-OLAF)

OJ C 193, 15.8.2009, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/20


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — CPEM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-444/07) (1)

(FSE - Kanċellament ta’ għajnuna finanzjarja - Rapport tal-OLAF)

2009/C 193/30

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre de promotion de l’emploi par la micro-entreprise (CPEM) (Marsilja, Franza) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 4645, tal-4 ta’ Ottubru 2007, li tikkanċella l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (1999) 2645, tas-17 ta’ Awwissu 1999, kif ukoll talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Is-Centre de promotion de l’emploi par la micro-entreprise (CPEM) għandu jbati l-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


Top