EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62002TA0309

Kawża T-309/02: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal- 11 ta’ Gunju 2009 — Acegas vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil ċerti impriżi tas-servizz pubbliku fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’rata preferenzjali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà )

OJ C 180, 1.8.2009, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/39


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Gunju 2009 — Acegas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-309/02) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil ċerti impriżi tas-servizz pubbliku fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’rata preferenzjali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”)

2009/C 180/71

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Acegas-APS SpA, li qabel kienet Acqua, Elettricità, Gas e servizi SpA (Acegas) (Trieste, l-Italja) (rappreżentanti: F. Devescovi, F. Ferletic, L. Daniele, F. Spitaleri u S. Gobbato, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Di Bucci, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Acegas-APS SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 289, 23.11.2002.


Top