EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0217

Kawża C-217/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas- 17 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale ordinario di Milano — l-Italja) — Rita Mariano vs Istituto nazionale per l'assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL) (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Trattament ugwali fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikoli 12 KE u 13 KE — Għoti ta’ benefiċċju tas-superstiti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi trattament differenti bejn il-konjuġi superstiti u l-konkubin superstiti)

OJ C 180, 1.8.2009, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale ordinario di Milano — l-Italja) — Rita Mariano vs Istituto nazionale per l'assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL)

(Kawża C-217/08) (1)

(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Trattament ugwali fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikoli 12 KE u 13 KE - Għoti ta’ benefiċċju tas-superstiti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi trattament differenti bejn il-konjuġi superstiti u l-konkubin superstiti)

2009/C 180/41

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rita Mariano

Konvenut: Istituto nazionale per l’assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale ordinario di Milano — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 KE — Trattament ugwali fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Għoti ta’ benefiċċju tas-superstiti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi trattament differenti bejn il-konjuġi superstiti u s-sieħeb superstiti li kien stabbilixxa sħubija għall-ħajja

Dispożittiv

Fid-dritt Komunitarju ma hemmx projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni li l-qrati tal-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-applikazzjoni tagħha meta l-aġir eventwalment diskriminatorju ma jkollu ebda rabta mad-dritt Komunitarju. F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, din ir-rabta mhijiex maħluqa mill-Artikoli 12 KE u 13 KE waħedhom.

Dawn l-artikoli ma jipprekludux, fiċ-ċirkustanzi msemmija, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ ta’ mewt ta’ persuna wara inċident, pensjoni li tammonta għal 50 % tar-remunerazzjoni li din il-persuna kienet tirċievi qabel il-mewt tagħha titħallas biss lill-konjuġi superstiti tagħha u li l-iben minuri tal-mejjet jirċievi biss pensjoni ta’ 20 % tal-imsemmija remunerazzjoni.


(1)  ĠU C 197, 2.8.2008.


Top