EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0577

Kawża T-577/08: Rikors ippreżentat fit- 23 ta' Diċembru 2008 — Progres srl vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

OJ C 44, 21.2.2009, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/65


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2008 — Progres srl vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-577/08)

(2009/C 44/110)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Progres srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Falcetta, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u l-konsegwenzi legali kollha tagħha, inkluż il-kumpens għad-danni.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li biha r-rikorrenti ġiet irrifjutata l-għoti tal-proġett li jikkorrispondi għas-sejħa ENV.G.1/SER/2008/0050, intiża għall-ħolqien ta' mudelli għall-użu tal-art, taħt evalwazzjoni partikolari tal-impatt ambjentali.

In sostenn tal-allegazzjonijiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni:

Li dak li tafferma d-deċiżjoni huwa żbaljat, fis-sens li l-proġett tar-rikorrenti jiffoka b'mod esklużiv fuq il-mudell DPSIR; iżda li, fi kwalunkwe każ, is-sejħa għal offerti titlob espliċitament l-inklużjoni ta' użu ta' “indikaturi istituzzjonali soċjali, ekonomiċi u ambjentali tal-varjazzjonijiet tal-Land Use”, meta huwa fil-fatt, id-DPSIR dak l-isturment l-aktar stabbilit fuq il-livell internazzjonali għall-ġestjoni u l-inklużjoni ta' tali indikaturi. Barra minn hekk, id-DPSIR ġie żviluppat u wżat b'mod korrett, propju mill-Agenzija Ewropea għall-Ambjent. Fil-fatt, dak li r-rikorrenti tipproponi huwa l-użu ta' mudell DPSIR aġġornat skont metodi innovattivi u diġà applikat b'suċċess f'diversi proġetti tan-Nazzjonijiet Uniti u IUCN (International Union for the Conservation of Nature).

Li għall-kuntrarju ta' dak li huwa indikat fid-deċiżjoni kkontestata, fil-proġett tar-rikorrenti huwa indikat b'mod espliċitu li se jiġi żviluppat mudell ta' Land Use permezz tal-inklużjoni ta' diversi mudelli li ħarġu mir-VI Programm Qafas għar-Riċerka.

Li ma hemm ebda raġuni li tista' tqanqal dubji dwar ir-regolarità tal-parteċipazzjoni tad-direttur tar-rikorrenti, fl-eżekuzzjoni tal-proġett.

Li r-rappreżentattivà ġeografika mhix prevista b'mod ġust mis-sejħa għal offerti peress li mhuwiex proġett ta' żvilupp, integrazzjoni u/jew koeżjoni inter-Ewropea. Barra minn hekk, mhuwiex ċar fuq liema bażi, esperjenzi fl-Ewropa tqiesu aħjar, għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta' kumpannija, meta mqabbla ma' dawk man-Nazzjonijiet Uniti u mal-IUCN, li ġew invokati mir-rikorrenti.


Top