EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0338

Kawża C-338/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-ewwel Awla) tat- 18 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — It-tieni direttiva 77/91/KEE — Artikoli 29 u 42 — Kumpanniji ta' responsabbiltà limitata — Żieda fil-kapital — Jedd ta' prelazzjoni għas-sottoskrizzjoni ta' ishma u ta' bonds li jistgħu jinbidlu f'ishma — Esklużjoni — Protezzjoni tal-azzjonisti — Trattament ugwali)

OJ C 44, 21.2.2009, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-ewwel Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-338/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - It-tieni direttiva 77/91/KEE - Artikoli 29 u 42 - Kumpanniji ta' responsabbiltà limitata - Żieda fil-kapital - Jedd ta' prelazzjoni għas-sottoskrizzjoni ta' ishma u ta' bonds li jistgħu jinbidlu f'ishma - Esklużjoni - Protezzjoni tal-azzjonisti - Trattament ugwali)

(2009/C 44/05)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u R. Vidal Puig, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: E. Ośniecka-Tamecka, aġent), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: M. J. Heliskoski, aġent), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentant: V. Jackson, aġent, assistit minn J. Stratford, barrister)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 29 u 42 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, tat-13 ta' Diċembru 1976, dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 26, p. 1) — Nuqqas ta' protezzjoni tal-azzjonisti ta' minoranza

Dispożittiv

1)

Ir-Renju ta' Spanja:

billi ta jedd ta' prelazzjoni għas-sottoskrizzjoni ta' ishma, fil-każ ta' żieda fil-kapital azzjonarju permezz ta' investimenti bi flus kontanti, mhux biss lill-azzjonisti iżda wkoll lid-detenturi ta' bonds li jistgħu jinbidlu f'ishma;

billi ta jedd ta' prelazzjoni għas-sottoskrizzjoni ta' bonds li jistgħu jinbidlu f'ishma mhux biss lill-azzjonisti, iżda wkoll lid-detenturi ta' bonds li jistgħu jinbidlu f'ishma maħruġa qabel, u

billi ma pprovdiex li l-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tista' tiddeċiedi dwar l-esklużjoni tal-jedd ta' prelazzjoni għas-sottoskrizzjoni tal-bonds li jistgħu jinbidlu f'ishma,

naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 29 tat-tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, tat-13 ta' Diċembru 1976, dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu [48] tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat ibati tliet kwarti tal-ispejjeż. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż.

4)

Ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


Top