EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008XC1203(05)
Publication of an application pursuant to Article 6(2) of Council Regulation (EC) No 510/2006 on the protection of geographical indications and designations of origin for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel
OJ C 308, 3.12.2008, p. 19–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 308/19 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel
(2008/C 308/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT (KE) NRU 510/2006
“NOCCIOLA ROMANA”
Nru tal-KE: IT-PDO-0005-0573-28.11.2006
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Denominazzjoni
“Nocciola Romana”
2. Stat Membru jw pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel
3.1. Tip ta' prodott (l-Anness III)
Klassi 1.6 Frott,ħaxix u ċereali friski u pproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih tapplika d-denominazzjoni (1)
In- “Nocciola Romana” hija frotta tal-ispeċi Corylus avellana li minnha l-varjetajiet imnissla “Tonda Gentile Romana”, “Nocchione” għandhom jirrappreżentaw talanqas 90 % tas-selezzjonit li tinstab fuq il-farm. Huma permessi l-varjetatjiet “Tonda di Giffoni” u “Barrettona” sa 10 %. In-“Nocciola Romana” għandu jkollha dawn il-karatteristiċi li ġejjin:
“Tonda gentile romana”: il-forma tal-ġellewża bil-qoxra: subsferika bil-parti ta' fuq kemmxejn ippuntata; id-daqsijiet ivarjaw bejn 14 sa 25 mm; il-qoxra ta' ħxuna medja, tal-kulur kannella, kemmxejn tleqq u daqsxejn sufija lejn il-ponta u viżibbilment irrigata; il-ġewża hija ta' daqs bejn żgħir u medju, f'forma subsferika varjabbli, u tal-kulur simili għal dak tal-qoxra, mgħottija fil-biċċa l-kbira bil-fibri, b'wiċċ immewweġ u bi xquq pjuttost evidenti, ta' dimensjonijiet anqas regolari mill-ġellewża fil-qoxra; il-perisperma hija ta' ħxuna medja u meta tinxtewa ma tinqalax għal kollox; ta' konsistenza solida u tqarmeċ; b'togħma u aroma fina u persistenti.
“Nocchione”: forma ta' ġellewża bil-qoxra: sferika, subelissojdali; tad-daqs bejn 14 u 25 mm; qoxra ħoxna: tal-kulur kannella ċar, irrigat, bi ftit pubexxenza; il-ġewża ta' ġewwa: bejn medja u żgħira, b'ħafna fibri; perisperma: tinqala' kemmxejn meta l-ġewża tinxtewa; togħma u aroma: fini ħafna u persistenti. fiż-żewġ każijiet il-prodott mingħajr il-qoxra jikkostitwixxi bejn 28 u 50 %. Il-ġewż għandhom ikunu mingħajr riħa jew togħma ta' żejt li beda jmur, mingħajr moffa u weraq. Meta wieħed jomogħodhom għandhom iqarmċu, jew inkella mal-ewwel gidma jitkissru u ma jkunux rotob, u għandu jkollhom konsistenza kompatta, mingħajr toqob ġewwa. Il-ġewż konservat għandu wkoll ikollu l-istess karatteristiċi.
3.3. Materja prima (għal prodotti proċessati biss)
—
3.4. Ikel għall-annimali (għal prodotti ta' oriġini mill-annimal biss)
—
3.5. Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata
Ix-xogħol tal-ġbir, tal-ħażna, tal-għażla u tal-kalibrazzjoni għandu jsir fiż-żona tal-produzzjoni.
3.6. Regoli speċifiċi fir-rigward tat-tqattigħ, tat-tħakkik u l-imballaġġ, eċċ.
Meta jinħareġ għall-konsum il-prodott Nocciola Romana u l-imballaġġ tiegħu għandhom isiru kif ġej:
għall-prodott bil-qoxra: f'boroż jew pakketti tal-ġuta jew tar-raffja adattati għad-diversi livelli tal-kummerċjalizzazzjoni bil-piżijiet ta' 25, 50, 250 jew 500 gramma u ta': 1, 5, 10, 25, 50, 500, 800 u 1 000 kilogramm,
għall-prodott bla qoxra f'pakketti jew f'kontenituri tal-ġuta jew tar-raffja, boroż Combivac, boroż Combivac tal-fojl u kaxex oħra simili adattati għall-użu alimentari tal-piżijiet ta' 10, 15, 20, 25, 50, 100, 150, 250 u 500 gramma u ta': 1, 2, 5, 10, 25, 50, 500, 800 u 1 000 kilogramm.
3.7. Regoli speċifiċi relatati mat-tikkettjar
L-imballaġġ, il-kontenituri u l-boroż għandhom ikunu ssiġillati b'tali mod li jżommu milli l-kontenut jinħareġ mingħajr ma jinqasam is-siġill. Fuqhom għandu jkun hemm indikat, b'ittri ittimbrati tal-istess daqs, il-kliem “NOCCIOLA ROMANA” u “DENOMINAZIONE DI ORIGINE PROTETTA”, minbarra d-dettalji l-oħra meħtieġa tal-isem kummerċjali u l-indirizz tal-pakkjatur, is-sena tal-produzzjoni tal-ġewż, il-piż gross u nett oriġinali u l-logo. Mhux permess l-użu ta' kwalunkwe denominazzjoni oħra jew deskrizzjoni addizzjonali.
Il-logo tad-denominazzjoni, li għandu forma ċirkolari, għandu dawn il-karatteristiċi: kulur tal-isfond isfar ċar bil-bordura kannella u fuq f'nofs ċirku hemm miktubin il-kliem bl-iswed “Nocciola Romana” u isfel f'nofs ċirku l-kliem “Denominazione Origine Protetta” bl-iswed, u bejn dawn tliet weraq ħodor bil-bordura sewda miftuħin imrewħa u jippuntaw 'il fuq, u fuqhom ġewża kannella bil-bordura sewda li ġo fiha hemm it-tpinġija bl-isfar ċar tal-Palazzo dei Papi ta' Viterbo. Il-prodotti li għalihom tintuża l-preparazzjoni DPO Nocciola Romana wkoll wara l-proċessi tat-trattament u tal-ipproċessar, jistgħu jinħarġu għall-konsum f'pakketti li jkollhom referenza għad-denominazzjoni mingħajr il-logo Komunitarju sakemm:
|
il-prodott ta' deonominazzjoni protetta, iċċertifikat b'tali mod, ikun jikkostitwixxi komponent esklussiv fil-kategorija tas-suq li huwa jappartjeni għaliha, |
|
l-utenti tal-prodott ta' denominazzjoni tal-oriġini protetta huma awtorizzati mill-Consorzio di Tutela tad-DPO Nocciola Romana li ngħata l-karigu superviżorju mill-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija skont ir-regoli nazzjonali (l-Artikolu 14 tal-Liġi 526/99 u d-Digriet Leġiżlattiv 297/2004). Dan il-konsorzju għandu r-responsabbiltà tar-reġistrazzjoni u s-sorveljanza tal-użu korrett tad-denominazzjoni protetta. Fl-assenza ta' konsorzju superviżorju inkarigat dawn il-funzjonijiet jitwettqu mill-MIPAAF bħala l-awtorità nazzjonali proposta skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006. |
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni għall-ġbir, il-ħażna, it-tqaxxir, l-għażla u l-kalibrazzjoni tan-“Nocciola Romana” tinstab fil-muniċipalitajiet ta' Viterbo u ta' Ruma li ġejjin:
(a) |
fil-provinċja ta' Viterbo: Barbarano Romano, Bassano in Teverina, Bassano Romano, Blera, Bomarzo, Calcata, Canepina, Capranica, Caprarola, Carbognano, Castel Sant'Elia, Civita Castellana; Corchiano, Fabrica di Roma, Faleria, Gallese, Monterosi, Nepi, Oriolo Romano, Orte, Ronciglione, Soriano nel Cimino, Sutri, Vallerano, Vasanello, Vejano, Vetralla, Vignanello, Villa San Giovanni in Tuscia, Vitorchiano, Viterbo; |
(b) |
fil-provinċja ta' Ruma: Bracciano, Canale Monterano, Manziana, Rignano Flaminio, Sant'Oreste, Trevignano. |
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni tan-“Nocciola Romana” hija kkaratterizzata minn kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima favorevoli ħafna għall-kultivazzjoni tal-ġewż, peress li l-ħamrija tal-għoljiet Cimini u Sabatini hija kkaratterizzata minn formazzjonijiet vulkaniċi, b'tufi vulkaniċi sottożviluppati ta' lava lewċitika, mogħnija b'sustanzi essenzjali, b'depożiti elastiċi eteroġenei. Il-ħamrija hija fonda, ħafifa, b'kontenut baxx ta' kalċju u fosfru iżda mogħnija bil-potassju u l-mikroelementi; b'reazzjoni normalment aċida jew subaċida. Fir-rigward tal-kundizzjonijiet klimatiċi l-livell tat-temperaturi minimi medji fiż-żona ivarja bejn 4 u 6 °C u tat-temperaturi massimi bejn 22 u 23 °C, b'xita annwali ta' bejn 900-1 200 mm. Ix-xitwa hija moderata u din għandha relevanza partikolari għall-ġewża, li fix-xhur ta' Jannar-Frar, tgħaddi minn fażi delikata tal-fjuritura.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Il-karatteristiċi partikolari li jagħmlu min-“Nocciola Romana” prodott uniku ta' dan it-tip huma t-tqarmiċ u l-konsistenza kompatta tiegħu mingħajr toqob ġo fih. Fil-fatt, meta wieħed jogħmodhom, dan il-ġellewż tant iqarmeċ li jinqasam mal-ewwel gidma mingħajr ma jirtab u din il-karatteristika teżisti kemm fl-istat frisk kif ukoll ippreżervat.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni u karattersitiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)
Il-karatteristiċi tan-“Nocciola Romana” huma strettament marbutin mal-ambjent ġeografiku tal-produzzjoni. Din l-ispeċi tiffavorixxi ħamrija essenzjalment ħafifa b'reazzjoni minn newtrali sa aċida u kontenut ta' ġir attiv ta' anqas minn 8 %, temperatura medja annwali ta' bejn 10 u 16 °C u xita annwali ta' aktar minn 800 mm. Dawn il-fatturi ambjentali kollha jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni tan-Nocciola Romana.
B'mod partikolari fost il-komponenti naturali wieħed ma jistax jiċħad l-importanza tal-ħamrija, speċjalment fir-rigward tal-kompożizzjoni minerali tagħha. L-oriġini vulkanika tal-ħamrija, mimlija potassju u mikroelementi għandha influwenza qawwija fuq il-komponenti kwalitattivi u organolettiċi tal-frotta u għalhekk fuq it-tqarmiċ tagħha.
It-tekniki tal-produzzjoni u tal-konservazzjoni jikkontribwixxu wkoll għad-determinazzjoni fil-kwalità ta' dan il-prodott agrikolu. Dawn evolvew tul is-snin u għandhom importanza kbira fl-aspetti kwalitattivi tal-frott meta mqabbla ma' dawk kwantitattivi. It-tekniki tal-produzzjoni llum jadottaw il-prinċipji tad-difiża integrata u jimmiraw għal produzzjoni ta' frott b'alterazzjonijiet mill-anqas minħabba parassiti filwaqt li jiżguraw livell sod fis-sikurezza tal-ikel minħabba l-assenza ta' residwi u ta' tossini naturali.
Anke t-teknika tal-ġbir għaddiet minn evoluzzjoni b'tali mod li ma jintilfux l-isforzi li ntużaw matul iċ-ċiklu tal-produzzjoni.
Ta' min wieħed jinnota li l-ġewż jinġabar mill-art u għalhekk meta jdum iżżejjed mal-art dan jista' jikkomprometti l-karatterstiċi ta' saħħa tiegħu; dawn l-aħħar snin sar sforz konsiderevoli min-naħa tal-produtturi biex inaqqsu safejn jistgħu dan it-tul taż-żmien lil-ġewż jibqa' mal-art billi adottaw tekniki li jinvolvu li wieħed jgħaddi minn fuq l-art aktar ta' sikwit.
Fir-rigward tat-tekniki tal-ewwel trattament u tal-ħażna wkoll għaddew minn żvilupp kontinwu tas-sistemi. Minn sistema tat-tnixxif tal-prodott permezz tas-sħana tax-xemx, tant li ta' sikwit wieħed kien jara l-ġewż mifrux fil-pjazez u fil-btieħi tal-irziezet biex jinxef, bdew jintużaw magni agrikoli tat-tnixxif tal-azjenda jew tal-koperattiva, b'sistema fejn il-qxur jiġu rriċiklati għall-fjuwil filwaqt li l-prodott jinħażen ġewwa l-imħażen u/jew fis-silos b'temperaturi kkontrollati jew f'kompartamenti ta' refriġerazzjoni għall-prodott bla qoxra.
Il-kultivazzjoni tal-ġewż fiż-żona ġeografika definita ilha ssir sa minn madwar l-“(…) 1412 meta fil-bidu kien jeżisti bħala arbuxell tas-sottobosk u li llum għadu jinstab speċjalment fl-imsaġar tal-qastan”. Martinelli f' Carbognano illustra). Fl-1513 milli jidher il-konsum tan-“Nocchie” kien jagħmel parti mid-dieta tal-Papa Leone X (“Storia del Carnevale Romano” Clementi). Fir-reġistru tal-artijiet tal-1870 jirriżulta li f'dik is-sena, f'Caprarola, ġew irreġistrati diversi għexieren ta' ettari ta' siġar tal-ġellewż, taħt l-isem “Bosco di Nocchie”. Fl-1946 kien hemm 2 463 ettaru ddedikati esklussivament għall-kultivazzjoni tal-ġewż u 1 300 għall-kultivazzjoni mħallta. Illum hemm aktar minn 1 600 ettaru u jinvolvu aktar minn 3 500 ħaddiem.
Matul is-sekli x-xogħol bil-galbu, perseveranti u kompetenti tal-bniedem ikkostitwixxa rwol sinifikanti fiż-żamma tat-traduzzjonijiet ta' din il-kultivazzjoni, u dan jidher ukoll mill-ħafna ċelebrazzjonijiet rurali li jseħħu kull sena u l-ħafna platti tradizzjonali li jużaw il-ġewż, fosthom: stuffat tal-fenek, tozzetti, cazzotti, ciambelle, ossetti da morto, mostaccioli, gallettini tal-amaretto, brutti-buoni, duri-morbidi, meringues, crucchi di Vignanello, morette. Dan kollu juri t-tradizzjonijiet u l-importanza marbuta mal-kultivazzjoni tal-prodott għall-ekonomija lokali.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
Il-Gvern nieda l-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tad-DPO “Nocciola Romana” bħla deżinjazzjoni protetta tal-oriġini fil-Gazzetta ufficiale Taljana Nru 32 tat-8 ta' Frar 2006. It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab disponibbli fuq is-sit tal-internet:
http://www.politicheagricole.it/NR/rdonlyres/er7i7w5jzndci2dha45yirip72ysqfhgcjyvsidwnxunmilg6znjv2mx2vtnskdxzgiwr7cc45634w2uvvw3rj64bvc/20061130_Disciplinare_esameUE_nocciola_romana.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.