EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FN0077

Kawża F-77/08: Rikors ippreżentat fil- 15 ta' Settembru 2008 — Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni

OJ C 285, 8.11.2008, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/57


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-77/08)

(2008/C 285/104)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isabel Vicente Carbajosa (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-illegalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita l-pubblikazzjoni tal-avviżi tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 għal tliet lingwi u l-illegalità ta' dawn l-avviżi ta' kompetizzjoni u, bħala konsegwenza ta' dan, l-annullament tad-deċiżjonijiet individwali ta' EPSO li r-rikorrenti ma jiġux permessi jagħmlu l-eżamijiet ta' din il-kompetizzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata l-illegalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita l-pubblikazzjoni tal-avviżi tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 għal tliet lingwi u l-illegalità ta' dawn l-avviżi ta' kompetizzjoni;

tannulla d-deċiżjonijiet individwali tal-EPSO li r-rikorrenti ma jiġux permessi jagħmlu l-eżamijiet tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 rispettivament;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


Top