EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FN0075

Kawża F-75/08: Rikors ippreżentat fl- 1 ta' Settembru 2008 — Aparicio et vs Il-Kummissjoni

OJ C 285, 8.11.2008, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/56


Rikors ippreżentat fl-1 ta' Settembru 2008 — Aparicio et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/08)

(2008/C 285/102)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jorge Aparicio (Antiguo Cuscatlan, Salvador) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Minn naħa, l-illegalità tal-Artikolu 5(1)(d) tad-DĠI dwar il-proċedura tal-għażla tal-membri tal-persunal bil-kuntratt 3a, u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma jitniżżlux l-ismijiet tar-rikorrenti fil-lista ta' dawk li għaddew u fil-bażi ta' data tal-proċedura ta' reklutaġġ CAST 27/Relex.

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara li l-Artikolu 5(1)(d) tad-DĠI dwar il-proċedura ta' għażla tal-membri tal-persunal bil-kuntratt 3a huwa illegali;

tannulla d-deċiżjonijiet tal-EPSO li ma jitniżżlux l-ismijiet tar-rikorrenti fil-lista ta' dawk li għaddew u fil-bażi ta' data tal-proċedura ta' reklutaġġ CAST 27/Relex;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


Top