EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/224/07

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — L-Ewwel Parti Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — It-Tieni Parti Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — It-Tielet Parti Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Ir-Raba' Parti COM(2007) 741 finali — 2007/0262 (COD) — COM(2007) 824 finali — 2007/0293 (COD) — COM(2007) 822 finali — 2007/0282 (COD) — COM(2008) 71 finali — 2008/0032 (COD)

OJ C 224, 30.8.2008, p. 35–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 224/35


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — L-Ewwel Parti

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — It-Tieni Parti

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — It-Tielet Parti

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Ir-Raba' Parti

COM(2007) 741 finali — 2007/0262 (COD)

COM(2007) 824 finali — 2007/0293 (COD)

COM(2007) 822 finali — 2007/0282 (COD)

COM(2008) 71 finali — 2008/0032 (COD)

(2008/C 224/07)

Nhar il-21 ta' Jannar 2008, l-24 ta' Jananr 2008 u l-4 ta' Marzu 2008, il-Kunsill iddeċieda li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — L-Ewwel Parti

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — It-Tieni Parti

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — It-Tielet Parti

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Ir-Raba' Parti

Nhar il-11 ta' Diċembru 2007, il-15 ta' Jannar 2008 u l-11 ta' Marzu 2008, il-Bureau tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew inkariga lis-Sezzjoni Speċalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum biex tħejji l-ħidma in kwistjoni.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, matul l-445 Sessjoni Plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta' Mejju 2008 (seduta tat-29 ta' Mejju 2008), ħatar lis-Sur Pezzini bħala rapporteur-ġenerali, u adotta din l-opinjoni unanimament.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon l-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju tas-sistema tal-komitoloġija u l-armonizzazzjoni, għal din il-proċedura, ta' l-erba' pakketti ta' direttivi u ta' regolamenti proposti

1.2

Il-Kumitat jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni biex temenda ċerti atti (1) b'urġenza, tikkonforma mad-deċiżjoni 2006/512/KE u mad-dikjarazzjoni konġunta kemm dwar il-lista ta' atti li jridu jiġu adattati kemm jista' jkun malajr, kif ukoll it-tneħħija tar-restrizzjoni ta' żmien fir-rigward ta' l-eżercizzju tas-setgħa ta' implimentazzjoni li għandu x'jaqsam mal-Kummissjoni.

1.3

Il-Kumitat jirrakkomanda li jipproċedi għall-adozzjoni, tar-regolamenti ta' armonizzazzjoni mad-deċiżjoni 2006/512/KE fi żmien adegwat, qabel d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

1.4

Fil-fatt, il-Kumitat ifakkar li t-Trattat ta' Lisbona jintroduċi ġerarkija ġdida ta' normi permezz ta' distinzjoni bejn atti leġislattivi, atti delegati u atti eżekuttivi, b'poteri ndaqs tal-Parlament u tal-Kunsill, fir-rigward tad-definizzjoni tal-modalitajiet ta' kontroll ta' dawn l-atti.

1.5

Il-Kumitat jenfasizza l-importanza ta':

parteċipazzjoni sħiħa tal-Parlament Ewropew;

razzjonalizzazzjoni u semplifikazzjoni tal-proċeduri;

aktar informazzjoni mill-Parlament Ewropew kemm dwar il-kumitati kif ukoll dwar il-miżuri mressqa lilhom tul il-fażijiet tal-proċedura;

konferma tat-tneħħija tal-limiti temporali tas-setgħa ta' implimentazzjoni awtorizzati f'ċerti atti, adottati skond il-bażi ta' proċedura ta' kodeċiżjoni u għall-proċedura “Lamfalussy”.

1.6

Il-Kumitat itenni l-importanza li l-proċeduri ta' komitoloġija jkunu kemm jista' jkun ċari u komprensibbli għall-persuni residenti fl-UE, b'mod partikolari għal dawk il-persuni milqutin direttament minn dawn l-atti.

1.7

Il-Kumitat ifakkar li tenħtieġ applikazzjoni sħiħa ta' l-Artikolu 8(a) tat-Trattat ta' Lisbona, li jistipula li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadini, u jiggarantixxi l-aċċess sħiħ għall-informazzjoni miċ-ċittadini u mis-soċjetà ċivili.

1.8

Fl-aħħarnett, il-Kumitat jitlob, li jitqies l-impatt ta' l-appikazzjoni tal-proċedura l-ġdida, bil-preżentazzjoni, lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kumitat, ta' rapport perjodiku dwar l-effikaċja, iċ-ċarezza u t-tixrid ta' l-informazzjoni.

2.   Introduzzjoni

2.1

Fis-17 ta' Lulju 2006 (2), il-Kumitat emenda d-deċiżjoni dwar il-modalitajiet ta' eżercizzju tas-setgħa ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (3), biż-żieda ta' proċedura ġdida: il-proċedura regolatorja bi skrutinju. Permezz ta' din il-proċedura, il-leġislatur ikun jista' jopponi l-adozzjoni ta' miżuri “psewdo-leġislattivi”, jiġifieri miżuri ta' ambitu ġenerali, bl-għan li tbiddel elementi mhux essenzjali b'att bażiku adottat skond il-proċedura ta' ko-deċiżjoni, kemm-il darba hu jqis li l-proġett ta' miżuri jeċċedi s-setgħa ta' implimentazzjoni stipulata mill-att bażiku, jew jekk il-proġett ma jkunx kompatibbli ma' l-għan jew il-kontenut ta' l-att bażiku, jew ma jirrispettax il-prinċipji ta' sussidjarjetà jew ta' proporzjonalità.

2.2

Dan hu provvediment tipiku tal-proċess ta' komitoloġija, li permezz tiegħu jitfasslu l-proċeduri li bihom il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 202 tat-Trattat tal-KE, teżerċita l-poteri delegati lilha, għall-implimentazzjoni ta' l-atti “leġislattivi” Komunitarji, jiġifieri dawk l-atti li ġew adottati mill-Parlament u l-Kunsill, jew mill-Kunsill biss, skond waħda mill-proċeduri deċiżjonali stipulati fit-Trattat tal-KE (konsultazzjoni, kodeċiżjoni, kooperazzjoni, kunsens).

2.3

Il-ħames proċeduri ta' komitoloġija (konsultazzjoni, ġestjoni, regolatorja, regolatorja bi skrutinju u protezzjoni), huma regolati mid-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, emendata mid-deċiżjoni 2006/512/KE, u jistipulaw l-obbligu tal-Kummissjoni li tressaq il-proġetti ta' miżuri ta' implimentazzjoni lill-kumitati magħmulin minn funzjonarji ta' l-amministrazzjonijiet nazzjonali.

2.4

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottaw dikjarazzjoni konġunta (4) f'Ottubru 2006, fejn elenkaw numru ta' atti li diġà daħlu fis-seħħ, li riedu jiġu emendati b'urġenza minħabba l-proċedura l-ġdida, u jilqgħu b'sodisfazzjon l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE, li tistabbilixxi ż-żieda fid-Deċiżjoni 1999/468/KE ta' proċedura ġdida — magħrufa bħala “proċedura regolatorja bi skrutinju” — li tippermetti lill-leġislatur jeżerċita kontroll fuq l-adozzjoni tal-miżuri “kważi leġislattivi” ta' implimentazzjoni ta'att adottat b'ko-deċiżjoni.

2.5

Il-Parlament u l-Kunsill jirrikonoxxu li, mingħajr ħsara għall-prerogattivi ta' l-awtoritajiet leġislattivi, il-prinċipji ta' leġislazzjoni tajba jitolbu li s-setgħa ta' implimentazzjoni tiġi mogħtija mill-Kummissjoni mingħajr restrizzjoni ta' żmien. Madankollu, f'każ li jkun jenħtieġ adattament, huma jaħsbu li l-użu ta' klawżola li titlob lill-Kummissjoni tressaq proposta ta' reviżjoni jew annullament tad-direttivi, marbuta mad-delega tas-setgħa ta' implimentazzjoni, tista' ssaħħaħ il-kontroll imħaddem mill-leġislatur.

2.6

Sa mid-dħul fis-seħħ tagħha, il-proċedura l-ġdida tapplika għall-miżuri “kważi leġislattivi”, stipulati fl-atti li ser jiġu adottati skond il-proċedura ta' kodeċiżjoni, inkluż dawk stipulati fl-atti u li ser jiġu adottati fil-futur, fis-settur tas-servizzi finanzjarji (atti “Lamfalussy” (5)).

2.7

Bil-maqlub ta' dan, sabiex il-proċedura l-ġdida tkun applikabbli għall-atti adottati b'ko-deċiżjoni u li diġà qegħdin fis-seħħ, dawn iridu jiġu adattati skond il-proċeduri applikabbli, sabiex jibdlu l-proċedura ta' l-Artikolu 5 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, bil-proċedura regolatorja bi skrutinju, kemm-il darba jkun hemm miżuri li jidħlu fl-ambitu ta' l-applikazzjoni.

2.8

F'Diċembru 2006, il-Kummissjoni adottat il-25 proposta (6) li fuqhom il-Kumitat diġà kellu opportunità li jitkellem (7).

2.8.1

Meta att bażiku adottat skond il-proċedura ta' l-Artikolu 251 tat-Trattat li tistipula l-adozzjoni ta' miżuri ta' ambitu ġenerali, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' l-att imsemmi, anke bit-tneħħija ta' wħud minn dawn l-elementi, jew biex isaħħuħ biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, dawn il-miżuri jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju.

2.8.2

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jressaq proġett fuq il-miżuri li għandhom jiġu adottati quddiem kumitat regolatorju bi skrutinju, magħmul mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u mmexxi minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.8.3

F'każ li l-miżuri stipulati jkunu konformi ma' l-opinjoni tal-kumitat, għandha tiġi applikata l-proċedura li jmiss:

il-Kummissjoni tressaq mingħajr dewmien il-proġett ta' miżuri għal skrutinju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;

il-Parlament Ewropew, waqt li jaġixxi b'maġġoranza tal-membri tiegħu, jew il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jistgħu jopponu l-adozzjoni tal-proġett imsemmi mill-Kummissjoni, bħala ġustifikazzjoni ta' l-oppożizzjoni tagħhom;

il-Kummissjoni ma tadottax il-miżuri jekk il-Parlament jew il-Kunsill ma jopponux il-proġett sa tliet xhur minn meta dan jitressqilhom. F'dan il-każ il-Kummissjoni tista' tressaq lill-kumitat emenda tal-proġett ta' miżuri jew inkella proposta leġislattiva fuq bażi tat-Trattat;

il-Kummissjoni tadotta l-miżuri, jekk sa tmiem dan iż-żmien la l-Parlament Ewropew u l-anqas il-Kunsill ma jkunu opponew dan il-proġett ta' miżuri

2.8.4

F'każ li l-miżuri stipulati mill-Kummissjoni ma jkunux konformi ma' l-opinjoni tal-kumitat, jew fin-nuqqas ta' opinjoni, għandha tiġi applikata l-proċedura li jmiss:

mingħajr dewmien, il-Kummissjoni tressaq, lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew, proposta dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati;

il-Kunsill jaġixxi dwar il-proposta b'maġġoranza kwalifikata fi żmien xahrejn minn meta din titressaqlu;

jekk sa tmien dan il-perijodu, il-Kunsill jopponi b'maġġoranza kwalifikata, dawn ta' l-aħħar ma jiġux adottati. F'dan il-każ il-Kummissjoni tista' tressaq lill-Kunsill proposta emendata jew proposta leġislattiva fuq bażi tat-trattat;

jekk il-Kunsill jaħseb li ser jadotta l-miżuri proposti, iressaqhom lill-Parlament Ewropew mingħajr dewmien. Jekk il-Kunsill ma jaġixxix sa' l-aħħar tax-xahrejn, il-Kummissjoni tressaq mingħajr dewmien il-miżuri lill-Parlament;

il-Parlament jista' jopponi l-miżuri billi jaġixxi b'maġġoranza assoluta sa tmien erba' xhur mit-trasmissjoni tal-proposta, u joffri bħala ġustifikazzjoni ta' l-oppożizzjoni tiegħu:

Il-fatt li l-miżuri proposti jeċċedu s-setgħa ta' implimentazzjoni stipulata mill-att bażiku

li l-miżuri m'humiex kompatibbli ma' l-għan aħħari jew mal-kontenut ta' l- att bażiku

li l-miżuri ma jirrispettawx il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

jekk sa tmien dan il-perijodu, il-Kunsill jopponi b'maġġoranza kwalifikata, dawn ta' l-aħħar ma jiġux adottati. F'dan il-każ il-Kummissjoni tista' tressaq lill-kumitat emenda tal-proġett ta' miżuri jew inkella proposta leġislattiva fuq bażi tat-Trattat;

jekk sa tmiem dan il-perijodu l-Parlament ma jkunx oppona l-miżuri proposti, dawn jiġu adottati mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, skond iċ-ċirkostanzi.

2.9

Il-proposti ta' regolament attwali huma kawża tal-ħtieġa li jiġu adattati l-atti li diġa' ġew adottati, skond il-proċedura ta' l-Artikolu 251 tat-Trattat, fir-rigward tal-proċeduri applikabbli għall-agrikoltura, ix-xogħol, l-għajnuna umanitarja, il-politika imprenditorjali, l-ambjent, l-istatistiċi Ewropej, is-suq intern, is-saħħa u l-ħarsien tal-konsumaturi, l-enerġija u t-trasport u s-soċjetà ta' l-informazzjoni.

3.   Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea

3.1

Il-proposti tal-Kummissjoni jittrattaw il-modifiki għar-regolamenti u d-direttivi (8) suġġetti għall-proċedura skond l-Artikolu 251 tat-Trattat, biex dawn jiġu adattati għall-proċeduri l-ġodda maħluqa bid-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE u emendati mid-Deċiżjoni 2006/512/KE.

3.2

Ġeneralment dan ifisser li jitkomplew l-adattamenti u l-aġġornamenti meħtieġa, b'konformità mal-prijoritajiet tal-politika Komunitarja fi kwistjonijiet ta' regolamentazzjoni (9) aħjar, sabiex isseħħ applikazzjoni xierqa ta' dan l-att partikolari b'konformità ma' l-Artikolu 251 tat-TKE.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Il-Kumitat, fid-dawl tat-Trattat ta' Lisbona, jappoġġja bis-sħiħ id-distinzjoni bejn l-istrumenti leġislattivi u ta' implimentazzjoni li ser twassal għal definizzjoni ġdida ta' l-atti delegati, billi jippermetti is-semplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-produzzjoni leġislattiva u regolatorja Komunitarja (10), biż-żamma ta' sistema ta' skrutinju parlamentari demokratiku tas-setgħa ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

4.2

Għalhekk il-Kumitat, hu favur l-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju fis-sistema tal-komitoloġija, li tippermetti lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jikkontrollaw, u eventwalment jemendaw, ir-regolamenti ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni, meta l-att leġislattiv jirrikonoxxi d-dritt tal-Kummissjoni li teżerċità s-setgħa ta' implimentazzjoni f'xi setturi, iżda mingħajr ma jagħtiha d-dritt li twettaq emendi radikali.

4.3

Il-Kumitat jirrakomanda li jipproċedi, fi żmien adegwat, għall-adozzjoni, tar-regolamenti ta' armonizzazzjoni ta' l-erba' pakketti ta' direttivi u regolamenti, skond kif stipulat mid-deċiżjoni 2006/512/KE fi żmien adegwat, qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

4.4

Fil-fatt, il-Kumitat ifakkar li t-Trattat ta' Lisbona nieda ġerarkija ġdida ta' normi permezz ta' distinzjoni bejn l-atti leġislattivi, l-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni (11), għalkemm żamm it-terminoloġija attwali (direttivi, regolamenti u deċiżjonijiet): il-Parlament u l-Kunsill ser ikollhom l-istess poteri fir-rigward tad-definizzjoni tal-modalitajiet ta' skrutinju ta' l-atti delegati u ta' l-atti ta' implimentazzjoni (komitoloġija) (12).

4.5

Il-Kumitat jenfasizza l-importanza ta':

parteċipazzjoni sħiħa tal-Parlament Ewropew, bid-dritt li topponi deċiżjoni fl-aħħar mument;

tnaqqis fin-numru u l-kumplessità tal-proċeduri ta' komitoloġija;

aktar informazzjoni mill-Parlament Ewropew kemm dwar il-kumitati kif ukoll dwar il-miżuri mressqa lilhom tul il-fażijiet tal-proċedura;

proċedura ta' konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew mill-Kunsill fil-każ li proġett ta' att ta' implimentazzjoni jiġi deferit lill-Kunsill b'konsegwenza ta' kunflitt intern fil-Kummissjoni u l-kumitat ta' esperti;

rwol imsaħħaħ tal-Parlament Ewropew permezz ta' proċedura ta' skambju ta' informazzjoni bejn il-PE u l-Kunsill f'każ ta' opinjoni negativa tal-Parlament Ewropew;

il-konferma tat-tneħħija tal-limitu temporali tal-kompetenzi ta' eżekuzzjoni awtorizzati f'ċerti atti, adottati skond il-bażi ta' proċedura ta' kodeċiżjoni u għall-proċedura “Lamfalussy”.

4.6

Il-Kumitat jerġa jtenni l-istqarrija li l-proċeduri tal-kumitat, li jinkludu biss ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u taż-żgħażagħ ta' l-Istati Membri u li, skond it-tip ta' kumitat maħluq, huma mmirati lejn il-ġestjoni, il-konsultazzjoni jew ir-regolamentazzjoni li joħorġu mis-segwitu ta' l-applikazzjoni ta' l-atti leġislattivi, għandhom ikunu aktar ċari u komprensibbli għall-persuni residenti fl-UE u b'mod partikolari l-persuni effetwati direttament minn dawn l-atti (13).

4.7

F'dan ir-rigward il-Kumitat ifakkar li tenħtieġ applikazzjoni sħiħa ta' l-Artikolu 8(a) tat-Trattat ta' Lisbona li jistipula li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun qrib taċ-ċittadini, b'garanzija ta' l-akbar ċarezza u aċċessibbiltà ta' l-atti komunitarji għaċ-ċittadini u għas-soċjetà ċivili kollha.

4.8

Fl-aħħarnett, fl-opinjoni tal-KESE, jenħtieġ li jitqies l-impatt ta' l-applikazzjoni tal-proċedura l-ġdida, bil-preżentazzjoni, lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kumitat, ta' rapport perjodiku dwar l-effikaċja, iċ-ċarezza u t-tixrid ta' informazzjoni user-friendly u aċċessibbiltà għal kulħadd ta' l-atti komunitarji delegati sabiex jkun jista' jitwettaq monitoraġġ ta' dan l-eżerċizzju li jiġbor flimkien r-regolamentizzazzjoni u implimentazzjoni reali u xierqa.

Brussell, 29 ta' Mejju 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  COM(2006) minn 901 finali sa 926 finali

(2)  Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006).

(3)  Deċiżjoni 1999/468/KE (ĠU L 184, 17.7.1999).

(4)  ĠU C 255 tal-21.10.2006.

(5)  L-hekk imsejjaħ metodu Lamfalussy hu mudell deċiżjonali li jiġi applikat fl-adozzjoni u t-twettiq ta' l-atti leġislattivi Komunitarji fis-settur tas-servizzi finanzjarji (titoli Ewropej, banek u assigurazzjonijiet). B'mod partikolari, il-mudell jistipula l-artikolazzjoni f'erba' livelli tal-proċess deċiżjonali.

Fl-ewwel livell hemm l-attività leġislattiva (l-adozzjoni ta' regolamenti jew direttivi skond il-proċedura ta' ko-deċiżjoni). F'din il-fażi, fir-rigward tas-settur tal-proprjetà, il-Kummissjoni, qabel ma tippreżenta l-proposti leġislattivi partikolari tikkonsulta mal-Kumitat tat-Titoli ewropej (ESC), li hu magħmul minn rappreżentanti ta' kull Stat Membru.

Fit-tieni livell jidħlu d-direttivi ta' implimentazzjoni mfassla mill-Kummissjoni, fuq il-bażi tad-delega inkluża fl-att leġislattiv, b'konformità mal-proċedura regolatorja (issa l-proċedura regolatorja bi skrutinju). F'din il-fażi il-Kummissjoni, fuq parir ta-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej (CESR), magħmul mir-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet regolatorji u ta' viġilanza nazzjonali fis-settur, tfassal proġett ta' miżuri ta' implimentazzjoni u tressaqhom lill-Kumitat tat-Titoli Ewropew, li jagħti l-opinjoni tiegħu.

F'dak li għandu x'jaqsam is-settur tal-proprjetà, it-tielet livell deċiżjonali jikkonsisti fil-koordinazzjoni, b'mod informali fi ħdan is-CESR, ta' l-attivitajiet ta' l-awtoritajiet regolatorji u ta' viġilanza nazzjonali fuq it-titoli, sabiex jiżgura għarfien uniformi u koerenti tad-direttivi adottati fl-ewwel żewġ livelli;

Fl-aħħarnett, fir-raba' livell deċiżjonali, insibu l-attività ta' implimentazzjoni leġislattiva u amministrattiva tan-normi komunitarji mill-Istati Membri u l-iskrutinju ta' l-Unjoni Ewropea.

(6)  COM(2006) minn 901 finali sa 926 finali

(7)  Opinjoni tal-KESE 418/2007 ta' l-14.03.2007, rapporteur Retureau.

(8)  Ara. COM(2007)741 finali., p. 6, Indiċi Ġenerali.

(9)  Ara. Opinjoni 1068/2005 tat-28.09.2005, rapporteur Retureau, u opinjoni tal-KESE 1069/2005 tas-6.10.2005, rapporteur Van Iersel.

(10)  Ara. Rapport tal-Parlament Ewropew dwar it-Trattat ta' Lisbona 18.2.2008, rapporteur Íñigo Méndez De Vigo (PPE/DE, ES) u Richard Corbett (PSE, UK).

(11)  Artikoli 249-249d tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

(12)  Artikoli 249b u 249c tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

(13)  Opinjoni ĠU C 161,13.7.2007, p. 48. rapporteur Retureau.


Top