EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/216/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5286 — Lion Capital/Foodvest) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ C 216, 23.8.2008, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 216/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5286 — Lion Capital/Foodvest)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 216/11)

1.

Fit-13 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Lion Capital LLP (“Lion Capital”, ir-Renju Unit) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll tal-intier tal-impriża Foodvest Equity Co. S.A. (“the Foodvest Group”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Lion Capital: investitur ta' ekwità privata,

għal Foodvest Group: l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-prodotti tal-ikel, li jaqdu s-setturi tas-servizzi tal-imnut u tal-ikel.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5286 — Lion Capital/Foodvest fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top