EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/178/24

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5213 — Total/Sonatrach/JVs) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ C 178, 15.7.2008, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 178/28


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5213 — Total/Sonatrach/JVs)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 178/24)

1.

Fit-8 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Total SA (“Total”, Franza) u Société Nationale pour la recherché, la production, le transport, la transformation et la commercialization des hydrocarbures SPA (“Sonatrach”, l-Alġerija) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' żewġ impriżi ġodda li jikkostitwixxu impriża konġunta (“JVs”, l-Alġerija) permezz tax-xiri ta' l-ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Total: attivitajiet integrati fis-settur ta' l-enerġija u fis-settur kimiku,

għal Sonatrach: kumpanija pubblika attiva fir-riċerka, l-esplojtazzjoni, it-trasport, it-trasformazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' l-idrokarbonji u d-derivattivi taghħom,

għal JVs: kumpaniji attivi fis-settur petrokimiku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5213 — Total/Sonatrach/JVs, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top