EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/178/18

Avviż ta' post battal — Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea — Kompetizzjoni ġenerali — Ref. CONS/AD/431 — Amministratur

OJ C 178, 15.7.2008, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 178/20


AVVIŻ TA' POST BATTAL

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

KOMPETIZZJONI ĠENERALI

Ref. CONS/AD/431

AMMINISTRATUR

(2008/C 178/18)

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali (fuq il-bażi ta' kwalifiki u test orali) biex jistabbilixxi lista ta' riżerva għall-kariga ta' amministratur AD 9 (Uffiċjal anzjan) fil-qasam tas-sigurtà tas-sistemi ta' l-informazzjoni. Il-funzjonijiet jirrigwardaw notevolment l-iżvilupp tal-politika dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' l-informazzjoni u l-istabbiliment ta' direttivi u linji gwida għall-implimentazzjoni ta' dik il-politika kif ukoll l-approvazzjoni uffiċjali ta' dawn is-sistemi.

Din il-proċedura ta' għażla teħtieġ edukazzjoni universitarja sħiħa, iċċertifikata b'diploma. Huwa wkoll essenzjali li tkun inkisbet, wara d-diploma imsemmija hawn fuq, esperjenza professjonali ta' mhux anqas minn għaxar snin f'funzjonijiet marbuta direttament mas-sigurtà tas-sistemi ta' l-informazzjoni.

Dan l-avviż ta' reklutaġġ huwa ppubblikat bl-Ingliż u l-Franċiż biss. It-test sħiħ, fiż-żewġ lingwi, jidher fil-Ġurnal Uffiċjali C 178 A.

L-avviż tal-post battal jista' jiġi kkonsultat permezz tas-sit ta' l-Internet tal-Kunsill, fl-indirizz:

http://www.consilium.europa.eu/concours

Id-data ta' l-għeluq għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet hija 19 ta' Settembru 2008, u t-timbru tal-posta jitqies bħala prova.


Top