EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0005

Kawża C-5/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fit- 8 ta' Jannar 2007 — Infopaq International A/S vs Danske Dagblades Forening

OJ C 64, 8.3.2008, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fit-8 ta' Jannar 2007 — Infopaq International A/S vs Danske Dagblades Forening

(Kawża C-5/08)

(2008/C 64/41)

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Infopaq International A/S

Konvenuta: Danske Dagblades Forening

Domandi preliminari

i)

Il-ħażna u l-istampar sussegwenti ta' silta minn artiklu ta' gazzetta, silta li tikkonsisti f'kelma prinċipali użata bħala referenza għat-tiftix, flimkien mal-ħames kelmiet li jippreċeduha u l-ħames kelmiet li jiġu warajha, jistgħu jitqiesu bħala att ta' riproduzzjoni protett mill-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29 (1))?

ii)

Iċ-ċirukstanzi li fihom isir att ta' riproduzzjoni għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni sabiex l-imsemmi att ikun jista' jiġi kkwalifikat bħala “tranżitorju” skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29?

iii)

Att ta' riproduzzjoni provviżorju jista' jiġi kkwalifikat bħala “tranżitorju” jekk ir-riproduzzjoni tiġi pproċessata, per eżempju, jekk jinħoloq text file abbażi ta' image file jew jekk sekwenzi ta' kliem jiġu mfittxija abbażi ta' text file?

iv)

Att ta' riproduzzjoni provviżorju jista' jiġi kkwalifikat bħala “tranżitorju” meta parti mir-riproduzzjoni, li tikkonsisti f'silta jew f'diversi siltiet ta' testi komposti minn ħdax-il kelma, tinħażen?

v)

Att ta' riproduzzjoni provviżorja jista' jiġi kkwalifikat bħala “tranżitorju” meta parti mir-riproduzzjoni, li tikkonsisti f'silta jew f'diversi siltiet ta' testi komposti minn ħdax-il kelma, tiġi stampata?

vi)

Sabiex att ta' riproduzzjoni jkunu jista' jiġi kunsidrat bħala li jikkostitwixxi “parti integrali u essenzjali tal-proċess teknoloġiku”, skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, għandu jittieħed in kunsiderazzjoni l-istadju ta' proċess teknoloġiku meta dan iseħħ?

vii)

Att ta' riproduzzjoni jista' jiġi kkunsidrat bħala “parti integrali u essenzjali tal-proċess tekonoloġiku” jekk jikkonsosti fl-iscanning ta' artikli sħaħ ta' pubblikazzjonijiet, operazzjoni li ssir manwalment u li permezz tagħha l-imsemmija artikli, informazzjoni stampata, tiġi konvertita f'data diġitali?

viii)

Att ta' riproduzzjoni provviżorju jista' jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi “parti integrali u essenzjalu tal-proċess teknoloġiku” jekk jikkonsisti fl-istampar ta' parti mir-riproduzzjoni li tinkludi silta jew diversi siltiet ta' testi komposti minn ħdax-il kelm?

ix)

Il-kunċett ta' “użu legali” previst fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi kkunsidrat li jirrigwarda kull forma ta' użu li ma jeħtieġx il-kunsens tal-proprjetarju tad-drittijiet ta' l-awtur?

x)

Il-fatt li impriża tiddiġitalizza, permezz ta' l-iscanning ta' l-artikli kollha tal-pubblikazzjonijiet, liema operazzjoni tiġi segwita minn ipproċessar tar-riproduzzjoni, mill-ħażna u, eventwalment, mill-istampar ta' parti mir-riproduzzjoni li tikkonsisti f'silta jew f'diversi siltiet ta' testi komposti minn ħdax-il kelma, liema stampar jintuża għall-attivitajiet ta' redazzjoni ta' riassunti ta' din l-impriża, jista' jiġi kkunsidrat bħala li huwa kopert mill-kunċett ta' “użu legali” previst fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, anki jekk il-proprjetarji tad-drittijiet ta' l-awtur ma jkunux taw il-kunsens tagħhom għal dawn l-atti?

xi)

Skond liema kriterji għandu jiġi evalwat jekk atti ta' riproduzzjoni provviżorji għandhomx “sinifikat ekonomiku indipendenti”, skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, safejn il-kundizzjonijiet l-oħra tad-din id-dispożizzjoni ġew soddisfatti?

xii)

Il-vantaġġ fl-effiċjenza li jirriżulta, favur l-utent, mill-użu ta' atti ta' riproduzzjoni provviżorji għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk l-atti għandhomx “sinifikat ekonomiku indipendenti” skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29?

xiii)

Il-fatt li impriża tiddiġitalizza, permezz ta' l-iscanning ta' l-artikli kollha tal-pubblikazzjonijiet, liema operazzjoni tiġi segwita minn ipproċessar tar-riproduzzjoni, mill-ħażna u, eventwalment, mill-istampar ta' parti mir-riproduzzjoni li tikkonsisti f'silta jew f'diversi siltiet ta' testi komposti minn ħdax-il kelma, mingħajr il-kunsens tal-proprjetarji tad-drittijiet ta' l-awtur, jista' jiġi kkunsidrat bħala li jaqa' taħt “ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttament normali” ta' l-imsemmija artikli li “ma jippreġudikawż b'mod bla raġuni l-interessi leġittimi [tal-proprjetarju] tad-drittijiet”, skond l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2001/29/KE tat-22 ta' Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta' l-informazzjoni.


Top