EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/041/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5057 — Aviva/UBI Vita) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ C 41, 15.2.2008, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 41/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5057 — Aviva/UBI Vita)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 41/13)

1.

Fis-7 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Aviva Italia Holding S.p.A. (“Aviva”, l-Italja), li hija proprjetà tal-grupp Aviva plc (“Aviva Group”, ir-Renju Unit), takkwista fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll kollu ta' l-impriża UBI Assicurazioni Vita S.p.A. (“UBI Vita”, l-Italja), li hi kkontrollata minn UBI Partecipazioni Assicurative S.p.a. (“UBI Partecipazioni”, l-Italja), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Aviva: Attiva fl-assikurazzjoni ġenerali u l-assikurazzjoni tal-ħajja, tifdil għat-tul u mmaniġġjar ta' fondi,

għall-impriża UBI Vita: attiva fl-assikurazzjoni tal-ħajja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ddeċidiet li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottmettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet possibbli tagħhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart'ijiem mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5057 — Aviva/UBI Vita, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top