EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TN0404
Case T-404/07: Action brought on 8 November 2007 — Ryanair v Commission
Kawża T-404/07: Rikors ippreżentat fit- 8 ta' Novembru 2007 — Ryanair vs Il-Kummissjoni
Kawża T-404/07: Rikors ippreżentat fit- 8 ta' Novembru 2007 — Ryanair vs Il-Kummissjoni
OJ C 8, 12.1.2008, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 8/20 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta' Novembru 2007 — Ryanair vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-404/07)
(2008/C 8/36)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: E. Vahida, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara, skond l-Artikolu 232 KE, li l-Kummissjoni naqset milli tieħu azzjoni skond l-obbligi tagħha taħt it-Trattat KE, billi ma spjegatx il-pożizzjoni tagħha fir-rigward ta' l-ilment tat-8 ta' Mejju 2006 li r-rikorrenti ippreżentat lill-Kummissjoni, segwit minn ittra ta' intimazzjoni datata 31 ta' Lulju 2007; |
— |
tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż kollha, inklużi dawk tal-proċeduri sostnuti mir-rikorrenti, anki jekk, wara li titressaq il-kawża, il-Kummissjoni tieħu azzjoni li, fl-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tneħħi l-bżonn li tingħata deċiżjoni, jew jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli; u |
— |
tieħu kull miżura oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra neċessarja. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tieħu azzjoni billi ma spjegatx il-pożizzjoni tagħha, wara li ġiet mistiedna tagħmel dan skond l-Artikolu 232 KE, fir-rigward ta' l-ilment datat 8 ta' Mejju 2006 li hija ppreżentat lill-Kummissjoni, dwar (i) l-għajnuna mill-Istat allegatament mogħtija illegalment minn Franza lil Air France taħt il-forma ta' taxxi ddivrenzjati ta' l-ajruport imposti mill-ajruporti Franċiżi skond id-destinazzjoni tat-titjira, jew (ii) alternattivament, id-diskriminazzjoni anti-kompetittiva bi ksur ta' l-Artikolu 82 KE, favur Air France, jekk l-ajruporti Franċiżi jitqiesu li aġixxew b'mod awtonomu.
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kellha l-obbligu li teżamina l-ilment irċevut b'mod diliġenti u imparzjali, sabiex:
— |
tadotta deċiżjoni li fiha tiddikjara li l-miżuri in kwistjoni ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87(1) KE, jew li fiha tiddikjara li miżuri bħal dawn kellhom ikunu kkunsidrati bħala għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87(1) KE, iżda huma kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artiklu 87(2) u (3) KE, jew |
— |
tibda proċeduri skond l-Artikolu 88(2) KE. |
Alternattivament, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, meta rċeviet l-ilment sussidjarju tagħha li jirrigwarda l-ksur tad-dritt dwar il-kompetizzjoni, kellha l-obbligu li tibda proċeduri fir-rigward tas-suġġett ta' l-ilment, jew li tadotta deċiżjoni definittiva li tiċħad l-ilment, wara li tkun tat lir-rikorrenti l-possibbiltà li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.
Minbarra dan, ir-rikorrenti ssostni li, fid-dawl tal-fatti u minħabba l-familjarità tal-Kummissjoni mal-kwistjonijiet involuti, il-perijodu ta' erbatax-il xahar bejn meta sar l-ilment tar-rikorrenti u l-ittra tagħha ta' intimazzjoni kien twil iżżejjed, u li n-nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni f'dan il-perijodu jikkostitwixxi nuqqas li tittieħed azzjoni skond l-Artikolu 232 KE.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li skond l-Artikolu 232 KE, kumpannija għandha d-dritt li tressaq kawża kontra l-Kummissjoni jekk din ta' l-aħħar ma tkunx adottat id-dispożizzjonijiet li kienu jkunu jirrigwardawha direttament u individwalment, u li d-dispożizzjonijiet li l-Kummissjoni ma adottatx f'dan il-każ kienu jirrigwardaw lir-rikorrenti direttament u individwalment in kwantu kompetitriċi ta' Air France.