EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC1212(03)

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

OJ C 300, 12.12.2007, p. 16–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 300/16


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2007/C 300/11)

Numru XA: XA 152/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Bovec

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Finančne intervencije za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Bovec

Bażi ġuridika: Pravilnik o finančnih intervencijah za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Bovec po Uredbi za skupinske izjeme

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: 6 260 EUR

 

2008: 7 000 EUR

 

2009: 7 500 EUR

 

2010: 8 000 EUR

 

2011: 8 500 EUR

 

2012: 9 000 EUR

 

2013: 9 500 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna: Indika l-instensità massima ta' għajnuna jew l-ammont massimu ta' għajnuna għal kull suġġett eliġibbli:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % f'żoni oħrajn għall-investiment fil-produzzjoni minn kultivazzjoni ta' l-uċuħ u trobbija tal-bhejjem.

l-għajnuna muniċipali tkopri biss l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu tal-materjali tradizzjonali neċessarji biex jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-wirt kulturali tal-bini. L-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu tal-materjali tradizzjonali huma kofinanzjati sa 100 %.

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ għall-bdiewa u l-ħaddiema ta' l-azjendi agrikoli, għas-servizzi ta' sostituzzjoni, servizzi ta' konsultazzjoni, għall-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni ġo fora għall-azjendi agrikoli għall-skambju ta' tagħrif, kompetizzjonijiet, esibizzjonijiet u fieri u għall-pubblikazzjonijiet bħal katalgi u paġni ta' l-internet. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: It-3 ta' Lulju 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Tagħlaq fil-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Ir-regoli dwar l-għajnuna finanzjarja għall-konservazzjoni, l-agrikoltura u l-izvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Bovec, f'konformità mar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jinkludu miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, p.3, 16.12.2006):

Artikolu 4: Investiment fil-kumpaniji agrikoli;

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali;

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura: kultivazzjoni ta' l-uċuħ u trobbija tal-bhejjem.

Ma hemm l-ebda dispożizzjonijiet speċifiċi għas-setturi sekondarji

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Bovec

Trg golobarskih žrtev 8

SLO-5230 Bovec

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200752&dhid=89919

Tagħrif ieħor: Għajnuna mogħtija taħt il-miżura dwar il-konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu. L-appoġġ finanzjarju muniċipali għall-investiment jkopri biss l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu tal-materjali tradizzjonali, sa 100 %.

Ir-regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri fejn għandhom jiġu adottati mill-muniċipalitajiet u d-dispożizzjonijiet kumplessivi fejn għandhom jiġu implimentati (proċedura għall-allokazzjoni ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni ta' l-għajnuna, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna).

Firma tal-persuna responsabbli:

Is-Sindku

Danijel Krivec

Numru XA: XA 153/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Dobrova – Polhov Gradec

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Programi razvoja podeželja v občini Dobrova – Polhov Gradec 2007-2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o ukrepih za razvoj podeželja na območju Občine Dobrova — Polhov Gradec od leta 2007 do leta 2013 (2. Poglavje) Uradni list 53/07, 15.6.2007

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: In-nefqa annwali medja ppjanata għall-perjodu 2007-2013 hija ta' 64 000 EUR.

L-ammont totali ta' għajnuna mogħtija għall-perjodu 2007-2013 huwa madwar 50 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna għall-miżuri individwali stabbilita hawn taħt hija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006. Ir-regoli dwar l-ogħla limiti għall-għajnuna (investiment f'impriżi agrikoli) huma wkoll segwiti.

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 30 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'żoni oħrajn;

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment fil-produzzjoni primarja f'żoni żvantaġġati u sa 40 % f'żoni oħrajn fejn il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, sakemm l-investiment isir sa ħames snin mill-istabbiliment tiegħu.

L-għan ta' għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi ta' l-azjenda agrikola, sabiex jinxtara apparat użat għall-produzzjoni agrikola, investiment f'uċuħ permanenti u mergħat, titjib fil-qasam agrikolu u infrastruttura privata fl-azjenda innfisha.

investiment għall-preservazzjoni tal-wirt mhux produttiv: sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f'żoni żvantaġġati u sa 40 % f'żoni oħrajn;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment għall-preservazzjoni tal-wirt fl-azjendi, bħal bini ta' l-azjenda, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-potenzjal produttiv;

għajnuna biex l-ispejjeż żejda mġarrba jiġu koperti bl-użu ta' materjali tradizzjonali f'żoni żvantaġġati jistgħu jgħoddu sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli (investiment għall-preservazzjoni tal-wirt mhux produttiv).

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u t-taħriġ għall-bdiewa, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, esibizzjonijiet, fieri, pubblikazzjonijiet, fil-forma ta' servizzi ssussidjati. L-għajnuna ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Lulju 2007 (jew id-data li fiha r-Regoli jidħlu fis-seħħ)

Tul ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Tagħlaq fil-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-kapitolu II tar-Regoli dwar il-programmi ta' żvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Dobrova — Polhov Gradec għall-perjodu 2007-13 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, p. 3, 16.12.2006):

Artikolu 4: Investiment fl-azjendi agrikoli;

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali;

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura: kultivazzjoni ta' l-uċuħ u trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Dobrova – Polhov Gradec

Ulica Vladimirja Dolničarja 2

SLO-1356 Dobrova

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200753&dhid=89975

Tagħrif ieħor: Għall-miżura dwar il-konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali, il-muniċipalità tipprovdi għal aktar appoġġ għal użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa għall-investiment fil-wirt mhux produttiv (10 % f'żoni żvantaġġati u 20 % f'żoni oħrajn), sakemm dan ikun skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Ir-regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalitajiet u d-dispożizzjonijiet kumplessivi li għandhom jiġu implimentati (proċedura għall-allokazzjoni ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni ta' l-għajnuna, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna).

Firma tal-persuna responsabbli:

L-amministratur muniċipali

Mateja Tavčar

Numru XA: XA 154/07

Stat Membru: Il-Ġermanja

Reġjun: Niedersachsen

It-titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Förderung nicht investiver Projekte im Bereich von landwirtschaftlichen Qualitätserzeugnissen aus ökologischem Landbau (VO (EWG) Nr. 2092/91). Durchführung durch das Kompetenzzentrum Ökolandbau Niedersachsen (KÖN)

Bażi ġuridika: Erlass des ML zur Förderung nicht investiver Projekte im Bereich von landwirtschaftlichen Qualitätserzeugnissen aus ökologischem Landbau (VO (EWG) Nr. 2092/91). Durchführung durch das Kompetenzzentrum Ökolandbau Niedersachsen (KÖN); Landeshaushaltsordnung Niedersachsen

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont totali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-ażjenda: Madwar 8 proġetti fis-sena. Spiża totali mistennija tal-proġetti 400 000 EUR sa 500 000 EUR, b'massimu ta' 100 000 EUR s-sena għal kull proġett u kull benefiċjarju

Intensità massima ta' l-għajnuna: Sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli.

Data ta' l-implimentazzjoni: Il-bidu ta' l-appoġġ wara dak skond ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999, approvazzjoni mill-2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew għotja ta' l-għajnuna individwali: Tmiem l-iskema u l-aħħar pagament: Diċembru 2010

L-għan ta' l-għajnuna: Appoġġ mhux ta' investiment għal prodotti ta' kwalità skond ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (l-agrikoltura organika). L-implimentazzjoni titwettaq minn KÖN. Il-benefiċjarji ta' l-għajnuna huma impriżi żgħar u ta' daqs medju li huma attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli mill-agrikoltura organika jew inkella impriżi żgħar u ta' daqs medju li huma attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli u li biħsiebhom jeilbu l-produzzjoni tagħhom għall-agrikoltura organika.

Il-proġetti jkopru:

osservazzjoni ġenerali ta' żviluppi tas-suq fl-agrikoltura organika (l-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006);

l-introduzzjoni ta' skemi ta' l-iżgurar tal-kwalità (l-Artikolu 14(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006);

l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa kif ukol servizzi ta' konsulenza relatati ma' l-agrikoltura organika jew mal-qlib lejn l-agrikoltura organika, u li ma jikostitwixxux attività kontinwa jew perjodika (l-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006);

fora għall-qsim ta' l-għarfien bejn l-azjendi, wirjiet u fieri (l-Artikolu 15(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006);

popolarizzazzjoni ta' l-għarfien xjentifiku u l-provvista ta' tagħrif fattwali dwar sistemi ta' kwalità (l-Artikolu 15(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006);

pubblikazzjonijiet (l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Is-setturjew setturi kkonċernat(i): Il-proġetti huma maħsuba biex ikunu multisettorjali, u biex ikopru kemmjista' jkun l-operaturi ekonomiċi kolha involuti fil-produzzjoni agrikola primarja

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Niedersächsisches Ministerium für den ländlichen Raum, Ernährung, Landwirtschaft und Verbraucherschutz

Calenberger Str. 2

D-30169 Hannover, Referat 107.2

Indirizz virtwali: http://www.ml.niedersachsen.de/master/C659683_N8970_L20_D0_I655.html

(fit-taqsima “nicht investive Projekte”)

Tagħrif ieħor:

Niedersächsisches Ministerium für den ländlichen Raum, Ernährung, Landwirtschaft und Verbraucherschutz

Calenberger Str. 2

D-30169 Hannover

Dr. Schrörs

Kap ta' l-Unità

Numru XA: XA 155/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Radeče

Titolu tal-miżura ta' għajnuna jew isem il-kumpanija benefiċjarja minn għajnuna individwali: Finančne pomoči v kmetijstvu iz proračuna občine Radeče

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Radeče

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: 17 944 EUR

 

2008: 19 195 EUR

 

2009: 19 300 EUR

 

2010: 19 600 EUR

 

2011: 20 000 EUR

 

2012: 20 300 EUR

 

2013: 20 500 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investimenti f'azjendi agrikoli ta' produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fiż-żoni żvantaġġati;

u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fiż-żoni oħrajn.

L-għan ta' għajnuna huwa investiment għat-twaqqif mill-ġdid tal-karatteristiċi ta' l-azjendi agrikoli, sabiex jinxtara apparat użat għall-produzzjoni agrikola, investiment f'uċuħ permanenti, reklamazjoni fil-qasam agrikolu u għall-ġestjoni tal-mergħat u aċċessibiltà fl-azjendi agrikoli.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali:

investiment f'karatteristiċi mhux produttivi sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali;

investiment fil-qasam ta' produzzjoni fl-azjendi agrikoli sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali jew 75 % fiż-żoni żvantaġġati, sakemm l-investiment ma jwassalx f'żieda fil-potenzjal ta' produzzjoni;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda imġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex il-karatteristiċi tipiċi tal-bini jiġu priservati.

3.   Rilokazzjoni tal-bini ta' l-azjendi agrikoli fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali, sakemm it-trasferiment f'post ieħor tinvolvi l-iżmuntar, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid tal-bini diġà eżistenti;

fejn it-trasferiment jirriżulta f'li l-bidwi jgawdi minn aktar faċilitajiet moderni, il-bidwi għandu jikkontribwixxi ta' lanqas 60 %, jew 50 % fiż-żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet konċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' lanqas 45 % jew 55 % rispettivament;

fejn, b'riżultat tat-trasferiment, il-potenzjal ta' produzzjoni jiżdied, il-bidwi għandu jikkontribwixxi ta' lanqas 60 %, jew 50 % fiż-żoni żvantaġġati, għall-ispejjeż fir-rigward maż-żieda fil-potenzjal. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' lanqas 55 % jew 45 % rispettivament;

4.   Għajnuna ta' ħlas għall-primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-appoġġ muniċipali jġib id-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni biex l-uċuħ u l-prodotti tagħhom jiġu assigurati kontra kundizzjonijiet ta' temp ħażin li jista' jkun ikklassifikat bħala diżastri naturali u l-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra r-riskju ta' qerda minħabba l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali minfuqa fuq proċeduri ġuridiċi u amministrattivi.

6.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali imġarrba fil-forma ta' servizzi ssussidjati; dan ma għandux jinvolvi l-ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Provvista ta' appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ għall-bdiewa, servizzi ta' konsulenza pprovduti mill-partijiet terzi, għall-organizzazzjoni ta' fora għall-azjendi agrikoli għall-iskambju ta' għarfien, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri għat-tixrid ta' sejbiet xjentifiċi u għall-fondi ta' pubblikazzjonijiet. L-għajnuna ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Lulju 2007 (jew id-data li fiha r-Regoli jidħlu fis-seħħ)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Tagħlaq fil-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-programmi ta' żvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Radeče, bl-inklużjoni tal-miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, p. 3, 16.12.2006).

Artikolu 4: Investimenti f'azjendi agrikoli ta' produzzjoni primarja:

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali;

Artikolu 6: Trasferiment tal-bini ta' l-azjendi agrikoli fl-interess pubbliku:

Artikolu 12: Għajnuna ta' ħlas għall-primjums ta' l-assigurazzjoni;

Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Radeče

Milana Majcna 1

SLO-1433 Radeče

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200760&dhid=90457

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni sabiex l-uċuħ u l-prodotti tagħhom jiġu assigurati tinkludi l-kundizzjonijiet ta' temp ħażin fejn jista' jiġi klassifikat bħala diżastru naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, uragani u għargħar.

Ir-regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalitajiet u d-dispożizzjonijiet kumplessivi li għandhom jiġu implimentati (proċedura għall-allokazzjoni ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni ta' l-għajnuna, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna).

Numru XA: XA 156/07

Stat Membru: Is-Slovenja

Ir-Reġjun: Območje Mestne občine Nova Gorica

Titolu tal-miżura ta' għajnuna jew isem il-kumpanija benefiċjarja minn għajnuna individwali: Podpore programom razvoja kmetijstva v Mestni občini Nova Gorica 2007-2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju finančnih pomoči za programe in investicije v kmetijstvu v Mestni občini Nova Gorica

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-ammont annwali medju għall-perjodu 2007-13 huwa 55 188 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investimenti f'azjendi agrikoli ta' produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f'żoni oħrajn.

L-għan ta' l-għajnuna huwa għal investiment għal ġestjoni ta' l-art, l-aċċess għall-azjendi agrikoli u mergħat u għal investiment f'apparat għall-produzzjoni agrikola.

2.   Għajnuna ta' ħlas għall-primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-appoġġ muniċipali jiġbor id-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni biex l-uċuħ u l-prodotti tagħhom jiġu assigurati kontra kundizzjonijiet ta' temp ħażin u diżastri naturali u l-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra r-riskju ta' qerda minħabba l-mard.

3.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali minfuqa fuq proċeduri ġuridiċi u amministrattivi.

4.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fil-forma ta' servizzi ssussidjati.

5.   Provvista ta' appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ għall-bdiewa, sabiex jiġu organizzati fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi, websajts u sabiex jinfirex l-għarfien xjentifiku. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Lulju 2007 (jew id-data li fiha r-Regoli jidħlu fis-seħħ)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali:

Għan ta' l-għajnuna: Għajnuna lill-SMEs

Settur konċernat: Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Mestna občina Nova Gorica

Trg E. Kardelja 1

SLO-5000 Nova Gorica

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200760&dhid=90451

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni sabiex l-uċuħ u l-prodotti tagħhom jiġu assigurati tinkludi l-kundizzjonijiet ta' temp ħażin fejn jista' jiġi klassifikat bħala diżastru naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, uragani u għargħar.

Ir-regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalitajiet u d-dispożizzjonijiet kumplessivi li għandhom jiġu implimentati (proċedura għall-allokazzjoni ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni ta' l-għajnuna, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna).

Tatjana Gregorčič

Kap tad-Dipartiment ta' l-Ekonomija


Top