EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC1212(01)

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

OJ C 300, 12.12.2007, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 300/11


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2007/C 300/09)

Numru XA: XA 13/07

Stat Membru: L-Olanda

Reġjun: Provincie Limburg

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Universiteit Wageningen (WUR) en indirect steun in natura (adviestraject) ten gunste van 40 ondernemingen in de primaire landbouwsector

Bażi ġuridika: Algemene Wet Bestuursrecht titel 4.2 Subsidies, Algemene Subsidieverordening 2004 (van de Provincie Limburg) en de Nadere subsidieregels voor de bevordering van de economische ontwikkeling (van de Provincie Limburg)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Kontribuzzjoni ta' darba ta' 100 000 EUR (16,89 % ta' l-ispejjeż kollha ta' 592 000 EUR) lill-WUR

Intensità massima ta' l-għajnuna: 100 %

Data ta' l-implimentazzjoni: 20 ġurnata wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Gedeputeerde Staten van Limburg (l-Eżekuttiv Provinċjali ta' Limburg) tat-30 ta' Jannar 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali mogħtija: Il-proġett se jdum sa l-1 ta' Frar 2008. L-għajnuna għandha tingħata sa mhux aktar minn 6 xhur wara l-għeluq tal-proġett, jiġifieri l-1 ta' Awwissu 2008

Għan ta' l-għajnuna: Biex tiġi msaħħa l-pożizzjoni ta' l-impriżi fis-settur primarju ta' l-agrikoltura li toffri taħriġ prattiku. It-tieni għan huwa li jiġi introdott tagħlim ibbażat fuq il-ħiliet. Il-kontribuzzjoni milqugħa mill-WUR tintuża biex jiġi pprovdut taħriġ lill-impriżi permezz ta' assistenza esperta fil-forma ta' kors ta' 10 ijiem u għajnuna biex jiġi mfassal pjan ta' negozju u jsir xogħol ta' valutazzjoni

Settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): Is-settur primarju agrikolu, partikolarment l-impriżi tat-trobbija intensiva tal-bhejjem u l-impriżi ortokulturali.

L-Artikolu 15 tar-Regolament ta' l-Eżenzjoni japplika.

L-ispejjeż eliġibbli huma 592 000 EUR

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincie Limburg

Limburglaan 10

6229 GA Maastricht

Nederland

Indirizz ta' l-internet: www.limburg.nl; agħfas fuq “zoek in limburg” u ittajpja “bevordering van de economische ontwikkeling”

Tagħrif ieħor: Mhux applikabbli

Numru XA: XA 194/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tal-Litwanja

Reġjun: —

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Valstybės parama gyvulininkystės sektoriui (Schemos Nr. XA 64/07)

Bażi ġuridika: Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministro 2007 m. balandžio 13 d. įsakymas Nr. 3D-162 „Dėl paramos teikimo už šalutinių gyvūninių produktų, neskirtų vartoti žmonėms, pašalinimą ir sunaikinimą taisyklių patvirtinimo ir žemės ūkio ministro 2006 m. gegužės 26 d. įsakymo Nr. 3D-217 bei žemės ūkio ministro 2006 m. spalio 3 d. įsakymo Nr. 3D-385 pripažinimo netekusiais galios“

Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministro 2007 m. balandžio 13 d. įsakymas Nr. 3D-346 „Dėl paramos teikimo už šalutinių gyvūninių produktų, neskirtų vartoti žmonėms, pašalinimą ir sunaikinimą taisyklių patvirtinimo ir žemės ūkio ministro 2006 m. gegužės 26 d. įsakymo Nr. 3D-217 bei žemės ūkio ministro 2006 m. spalio 3 d. įsakymo Nr. 3D-385 pripažinimo netekusiais galios“

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont kumplessiv ta' għajnuna mogħtija lill-kumpanija: 10 000 000 LTL skond ir-rata tal-kambju uffiċjali ta' l-euro (2 898 550 EUR)

Intensità massima ta' l-għajnuna: Sa 100 % ta' l-ispejjeż tat-tneħħija u qerda tal-bhejjem li jmutu meta dan isir bħala obbligu għat-twettiq ta' testijiet TSE fuq bhejjem li jmutu.

Sa 100 % ta' l-ispejjeż tat-tneħħija ta' bhejjem li jmutu.

Sa 75 % ta' l-ispejjeż tal-qerda ta' dawn il-bhejjem li jmutu

Data ta' l-implimentazzjoni: l-1 ta' Awwissu 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali mogħtija: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: Għajnuna lill-SMEs

Biex tingħata għajnuna lill-impriżi u bdiewa li jaħdmu fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem, bl-għan li tiġi żgurata t-tneħħija mingħajr perikolu tal-bhejjem kollha li jmutu f'qafas ta' programm koerenti ta' kontroll.

Japplika l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006

Spejjeż eliġibbli:

1.

Spejjeż għat-tneħħija u qerda tal-bhejjem li jmutu meta dan isir bħala obbligu għat-twettiq ta' testijiet TSE fuq bhejjem li jmutu.

2.

Spejjeż għat-tneħħija u qerda tal-bhejjem li jmutu meta dan ma jsirx bħala obbligu għat-twettiq ta' testijiet TSE fuq bhejjem li jmutu

Settur(i) kkonċernati: Produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija

Gedimino pr. 19 (Lelevelio g. 6)

LT-01103 Vilnius

Indirizz ta' l-internet: http://www.zum.lt/min/Isakymai/dsp_isakymas.cfm?IsakymasID=3409&langparam=LT

http://www.zum.lt/min/Isakymai/dsp_isakymas.cfm?IsakymasID=3409&langparam=LT

Tagħrif ieħor: Wara d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta' Mejju 2007, tar-regoli ġodda dwar l-għajnuna ta' l-Istat għat-tneħħija u qerda ta' prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali u mhux intenzjonati għall-konsum mill-bnedmin, deher fiċ-ċar li kienu meħtieġa ċerti emendi għar-regoli, li l-aktar importanti fosthom kien il-ħlas ta' pagament bil-quddiem għax-xahar kurrenti lill-impriżi li jipproċessaw il-prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali.

Skond l-iskema l-ġdida ta' għajnuna, iż-żmien meħtieġ biex tiġi vverifikata d-dejta sottomessa mill-impriżi li jipproċessaw il-prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali żdied b'mod konsiderevoli; minħabba f'hekk, l-għajnuna mill-Istat allokata bħala kumpens għall-ispejjeż tat-tneħħija u qerda ta' prodotti li ġejjin mill-bhejjem qiegħda titħallas bejn 40 u 50 jum kalendarju wara li jkunu saru dawn l-ispejjeż.

Peress li meta jneħħu u jeqirdu l-prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali bil-mezzi tagħhom stess, l-impriżi jġarrbu diffikultajiet finanzjarji, ir-regoli jipprevedu li jsir ħlas ta' pagament bil-quddiem għax-xahar kurrenti lill-impriżi li jipproċessaw il-prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali

Numru XA: XA 195/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje Mestne občine Ptuj

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u/jew l-isem tal-benefiċjarju: Dodeljevanje državnih in drugih pomoči, ter ukrepov za programe razvoja podeželja mestne občine Ptuj 2007-2013

Il-bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih in drugih pomoči, ter ukrepov za programe razvoja podeželja v mestni občini Ptuj

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: 26 357 EUR

 

2008: 26 910 EUR

 

2009: 27 475 EUR

 

2010: 28 053 EUR

 

2011: 28 642 EUR

 

2012: 29 243 EUR

 

2013: 29 857 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.

Investiment fil-farms għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-investiment eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati;

sa 40 % ta' l-investiment eliġibbli f'żoni oħra.

sa 60 % ta' l-investiment eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati, jew 50 % f'żoni oħra, fejn l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbilment tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms, biex jinxtara tagħmir għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'għelejjel permanenti u għat-titjib ta' l-art agrikola u tal-mergħat.

2.

Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, jew sa 75 % f'żoni anqas vantaġġati, fir-rigward ta' l-investiment għall-konservazzjoni ta' wirt kulturali ta'assi produttivi (bini agrikolu), sakemm l-investiment ma jwassal għal ebda żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm;

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fir-rigward ta' investiment għall-finijiet ta' konservazzjoni ta' assi mhux produttivi li jinsabu fil-farms (siti ta' interess arkeoloġiku jew storiku),

għajnuna addizzjonali li tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.

Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-appoġġ mill-muniċipalità, f'konformità mad-Digriet dwar il-kofinanzjament ta' primjums ta' l-assigurazzjoni għall-produzzjoni agrikola għas-sena attwali, itella' l-bilanċ ta' l-għajnuna għal 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni għall-għelejjel u l-frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

4.

Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż amministrattivi u legali, inkluż l-ispejjeż ta' spezzjonijiet.

5.

Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

l-għajnuna tingħata b'rata ta' sa' 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.

Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

L-għajnuna tingħata b'rata sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u ta' sostituzzjoni tal-bdiewa biex jiġu koperti l-assenzi minħabba l-btajjel jew il-mard, għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, eżibizzjonijiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.

Rilokazzjoni ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali, fejn ir-rilokazzjoni sempliċiment tikkonsisti fil-ħatt, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid tal-bini eżistenti;

meta r-rilokazzjoni twassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni inqas vantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament;

meta r-rilokazzjoni twassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni inqas vantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament

Data ta' l-implimentazzjoni: Awwissu 2007 (jew id-data li fiha r-Regoli jidħlu fis-seħħ)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat u għajnuna u miżuri oħra li jappoġġjaw programmi ta' żvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Ptuj jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, is-16 ta' Diċembru 2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali;

l-Artikolu 6: Rilokazzjoni ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku;

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura: biedja u trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Indirizz web: Indika l-indirizz ta' l-internet fejn jista' jinstab it-test sħiħ ta' l-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li bihom qed tingħata l-għajnuna individwali barra l-iskema ta' għajnuna.

http://www.lex-localis.info/KatalogInformacij/VsebinaDokumenta.aspx?SectionID=44ac4dc2-c7bb-440b-a127-f75db8c4cc65

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet avversi tat-temp li ġejjin li jistgħu meqjusa bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Firma tal-persuna inkarigata:

Klavdija PETEK

Kap tad-Dipartiment ta' l-Ekonomija


Top