EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/211/32

Kawża C-286/07: Rikors imressaq fit- 13 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

OJ C 211, 8.9.2007, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/17


Rikors imressaq fit-13 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-286/07)

(2007/C 211/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li billi eżiġa, għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-vetturi preċendement irreġistrati fi Stati Membri oħra, il-preżentata ta' estratt ta' l-inklużjoni tal-bejjiegħ fir-Reġistru tal-Kummerċ, filwaqt li estratt bħal dan mhuwiex meħtieġ għall-vetturi preċendement irreġistrati fil-Lussemburgu, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi imposti fuqu skond l-Artikolu 28 tat-Trattat li jinstitwixxi il-Komunità Ewropea.

tordna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tikkritika l-kundizzjonijiet imposti mill-parti konvenuta fuq ir-reġistrazzjoni tal-vetturi second-hand preċendement irreġistrati fi Stat Membru ieħor.

Billi ssuġġettat ir-reġistrazzjoni ta' dawn il-vetturi fil-Lussemburgu għal verifiki dokumentarji addizzjonali u, b'mod partikolari, għall-preżentata ta' estratt offiċjali tar-reġistrazzjoni tal-bejjiegħ tal-vettura fir-Reġistru tal-Kummerċ, il-parti konvenuta trendi inqas attraenti l-importazzjoni ta' vetturi preċendement irreġistrati fi Stati Membri oħra u, b'dan il-mod, tostakola l-moviment liberu ta' din il-merkanzija.

Dan ix-xkiel, li huwa pprojbit mill-Artikolu 28 KE, huwa iktar serju minħabba li jolqot fuq kollox lill-vetturi importati; il-vetturi second-hand preċendement irreġistrati fil-Lussemburgu, ma jidhirx li huma suġġetti għall-istess verifiki dokumentarji.

Barra minn dan, il-ġustifikazzjonijiet għal dan ix-xkiel imressqa mill-parti konvenuta ma tantx huma kredibbli inkwantu, b'mod partikolari, din ta' l-aħħar diġà għandha mezzi ta' kontroll tajbin biex tassiġura li l-vetturi in kwistjoni ma kinux is-suġġett ta' negozju illegali u, fi kwalunkwe każ, miżuri inqas radikali minn rifjut ta' reġistrazzjoni jistgħu jkunu previsti fin-nuqqas ta' produzzjoni ta' l-estratt tar-registru tal-kummerċ rikjest f'dawn iċ-ċirkostanzi, bħal, per eżempju, is-sospensjoni tal-proċedura ta' reġistrazzjoni matul iż-żmien meħtieġ għall-verifika magħmula mill-awtoritajiet amministrattivi.


Top