EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/211/03

Kawża C-507/04: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat- 12 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija ( Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi — Direttiva 79/409/KEE — Miżuri ta' traspożizzjoni )

OJ C 211, 8.9.2007, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-12 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

(Kawża C-507/04) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409/KEE - Miżuri ta' traspożizzjoni’)

(2007/C 211/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek, B.Schima u M. Lang, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (rappreżentant: H. Dossi, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkompleta u inkorretta tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p.1)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika ta' l-Awstrija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 10 u 249 KE, kif ukoll skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi, billi ma ttrasponietx korrettament id-dispożizzjonijiet segwenti:

l-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 79/409 fil-Länder ta' Burgenland, ta' Kärnten, ta' Niederösterreich, ta' Oberösterreich, u ta' Steiermark,

l-Artikolu 5 tad-Direttiva 79/409 fil-Länder ta' Burgenland, ta' Kärnten, ta' Niederösterreich, ta' Oberösterreich, u ta' Steiermark,

l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 79/409 fil-Land ta' Oberösterreich,

l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 79/409 fil-Länder ta' Kärnten, ta' Niederösterreich u ta' Oberösterreich,

l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 79/409 fil-Länder u fir-rigward ta' l-ispeċi segwenti:

fil-Land ta' Kärnten għal dak li jikkonċerna s-serduk selvaġġ, il-faġan tal-muntanja, it-tiġieġa tal-baħar, il-gallina, it-tuduni, u l-ħamiema tal-kullar,

fil-Land ta' Niederösterreich għal dak li jikkonċerna t-tuduni, is-serduk selvaġġ, il-faġan tal-muntanja u l-gallina,

fil-Land ta' Oberösterreich għal dak li jikkonċerna s-serduk selvaġġ, il-faġan tal-muntanja u l-gallina,

fil-Land ta' Salzburg għal dak li jikkonċerna s-serduk selvaġġ, il-faġan tal-muntanja u l-gallina,

fil-Land ta' Steiermark għal dak li jikkonċerna s-serduk selvaġġ, il-faġan tal-muntanja u l-gallina,

fil-Land ta' Tirol għal dak li jikkonċerna s-serduk selvaġġ u l-faġan tal-muntanja,

fil-Land ta' Vorarlberg għal dak li jikkonċerna l-faġan tal-muntanja, u

fil-Land ta' Wien għal dak li jikkonċerna l-gallina,

l-Artikolu 8 tad-Direttiva 79/409 fil-Land ta' Niederösterreich,

l-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 79/409 fil-Land ta' Burgenland, fil-Land ta' Niederösterreich fir-rigward ta' l-Artikolu 20(4) tal-liġi ta' Niederösterreich dwar il-protezzjoni tan-natura (Niederösterreichisches Naturschutzgesetz), fil-Länder ta' Oberösterreich, ta' Salzburg, ta' Tirol u ta' Steiermark,

l-Artikolu 11 tad-Direttiva 79/409 fil-Land ta' Niederösterreich.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika ta' l-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 19.2.2005.


Top