EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007H0508(02)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l- 19 ta' Marzu 2007 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-Seba' EDF) għas-sena finanzjarja 2005

OJ C 103, 8.5.2007, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 103/2


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

ta' l-19 ta' Marzu 2007

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-Seba' EDF) għas-sena finanzjarja 2005

(2007/C 103/02)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE, iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989 (1), kif emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta' Novembru 1995 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern 91/401/KEE dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja taħt ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (3), li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, is-Seba' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Is-Seba' EDF) u partikolarment l-Artikolu 33(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tad-29 ta' Lulju 1991 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament ta' l-iżvilupp taħt ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (4), u partikolarment l-Artikoli 69 sa 77 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta' l-infiq u l-balance sheet relatati ma' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2005 u r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

Billi

(1)

Skond l-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tas-Seba' EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill,

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF matul is-sena finanzjarja 2005 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF għas-sena finanzjarja 2005.

Magħmul fi Brussel, ta' l-19 ta' Marzu 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.

(2)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.

(3)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 288.

(4)  ĠU L 266, 21.9.1991, p. 1.

(5)  ĠU C 263, 31.10.2006, p. 205.


Top