EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012IP0353

Proposti għal Unjoni Bankarja Ewropea (UBE) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 13 ta' Settembru 2012 Lejn Unjoni Bankarja (2012/2729(RSP))

OJ C 353E, 3.12.2013, p. 138–141 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 353/138


Il-Ħamis 13 ta’ Settembru 2012
Proposti għal Unjoni Bankarja Ewropea (UBE)

P7_TA(2012)0353

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2012 Lejn Unjoni Bankarja (2012/2729(RSP))

2013/C 353 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport mill-President tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta’ Ġunju 2012 bl-isem “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja vera”,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta’ Ġunju 2012,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Samit taż-Żona tal-Euro tad-29 ta’ Ġunju 2012,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2009 bl-isem “Qafas tal-UE għall-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju” (COM(2009)0561),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2010 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni Transkonfnali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju (1),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G20 maħruġa fis-Samit ta’ Pittsburgh tal-24 u l-25 ta’ Settembru 2009 rigward ir-riżoluzzjoni transkonfinali u istituzzjonijiet finanzjarji ta’ importanza sistemika,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u inizjattivi li għandhom jittieħdu (2),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2012 għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KEE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (COM(2012)0280),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (3),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 13 tar-rapport ippreżentat lill-President Barroso fil-25 ta’ Frar 2009 mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Superviżjoni Finanzjarja ppresedut minn Jacques de Larosière, li jistqarr, “il-Grupp jappella għal qafas regolatorju koerenti fattibbli għall-ġestjoni tal-kriżijijet fl-UE”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2010 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-titjib tal-qafas tal-governanza ekonomika u l-istabilità tal-Unjoni, partikolarment fiż-Żona tal-Euro (4), u b’mod partikolari r-Rakkomandazzjoni 6 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlamenr Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (7),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea (A7-0166/2010),

wara li kkunsidra l-ittri mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu sew lill-Kummisjsoni kif ukoll lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej(ESAs) rigward l-indipendenza tal-ESAs,

wara li kkunsidra l-Memornadum ta’ Qbil tal-1 ta’ Ġunju 2008 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji finanzjarji, il-banek ċentrali u l-ministeri tal-finanzi tal-Unjoni Ewropea dwar l-istabbiltà finanzjarja transkonfinali (8),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment (COM(2011)0452),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2011 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju (COM(2011)0453),

wara li kkunsidra t-Tieni Direttiva 77/91/KEE tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta l-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (9), it-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE tad-9 ta' Ottubru 1978 dwar l-għaqda ta' kumpanniji b'responsabbiltà pubblika limitata (10) u s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1982 dwar id-diviżjoni ta' kumpanniji b'responsabbiltà pubblika limitata (11),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti (riformulazzjoni) (12),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (13),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu tal-31 ta’ Awwissu 2011 għall-Kumitat għall-Baġits tiegħu dwar il-pożizzjoni tal-Parlament rigward l-Abbozz ta’ Baġit kif modifikat mill-Kunsill – it-taqsimiet kollha (2011/2020(BUD)),

wara li kkunsidra l-mistoqsija orali lill-Kummissjoni dwar proposti għal Unjoni Bankarja Ewropea (O-000151/2012 – B7-0360/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G20 maħruġa fis-Samit ta’ Pittsburgh tal-24 u l-25 ta’ Settembru 2009 talbet li sa tmiem l-2010 jintlaħaq ftehim dwar it-trattament ta’ riżoluzzjonijiet transkonfinali u istituzzjonijiet finanzjarji ta’ importanza sistemika;

B.

billi huwa ta’ importanza kruċjali li jiġu mmobilizzati l-isforzi kollha biex is-suq finanzjarju Ewropew jiġi stabilizzat u biex tinqata’ l-konnessjoni bejn il-banek u s-sovrani, sabiex nibdew mexjin lejn unjoni ekonomika u monetarja vera;

C.

billi, diġa f’Lulju 2010, il-Parlament Ewropew kien identifika – permezz tar-Riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Ġestjoni Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju u r-Rapport tiegħu dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea – soluzzjonijiet għal kwistjonijiet tal-ġestjoni transkonfinali tal-kriżijiet, jiġifieri mekkaniżmu superviżorju integrat, ir-riforma tal-Mekkaniżmu tal-Iskemi għall-Garanzija tad-Depożiti u l-ħolqien ta’ Fond Ewropew ta’ Stabilità;

D.

billi, għall-banek fiż-żona tal-euro, l-ESM jista’ wara deċiżjoni regolari, jkollu l-possibbilta li jirrikapitalizza l-banek direttament;

E.

billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill fl-aħħar qed jaslu għall-istess konklużjonijiet bħall-Parlament Ewropew rigward il-ħtieġa għal sistema superviżorja aktar integrata, u issa qed jitolbu li tiġi stabbilita Unjoni Bankarja permezz tat-twaqqif ta' mekkaniżmu superviżorju uniku f'assoċjazzjoni mal-iskemi għall-garanzija tad-depożiti u skema ta’ riżoluzzjoni;

F.

billi l-involviment Parlamentari sħiħ huwa essenzjali għal-leġittimita demokratika tal-proċess li jwassal għall-istabbiliment ta’ tali Unjoni Bankarja, kif mistqarr ċar fir-raba’ importanti identifikat fir-rapport imsemmi hawn fuq ta’ Herman Van Rompuy, jiġifieri dak li jisaħħu l-leġittimità u r-responsabbiltà demoktarika;

G.

billi l-Parlament Ewropew kien involut bis-sħiħ fl-istabbiliment tas-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (ESFS), inkluż l-istabbiliment tal-Awtorità Bankarja Ewropea, permezz tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni;

H.

billi, f’kuntradizzjoni ovvja ma’ dawn l-istess prinċipji, iżda wkoll mad-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew talab lil din tal-aħħar biex tressaq proposta dwar mekkaniżmu superiżorju uniku li jkollha bħala l-bażi legali tagħha biss l-Artikolu 127(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’tali mod li l-Parlament Ewopew jisfa mċaħħad mis-setgħa leġiżlattiva tiegħu f’materji tas-suq uniku li għajr hekk jiġu ttrattati permezz tal-kodeċiżjoni;

I.

billi l-involviment esklussiv tal-Istati Membri fil-proċedura, mhux talli ma jiggarntixxix proċess aktar rapidu u effiċjenti, imma lill-opinjoni pubblika jagħtiha sinjal negattiv fi żmien meta hemm rikonoxximent wiesa’ tal-ħtieġa għal aktar trasparenza u sostenn demokratiku;

1.

Itenni li, fi żminijiet ta’ kriżi, jeħtieġ li l-metodu Komunitarju jipprevali dejjem, għaliex dan huwa l-uniku mod li niżguraw li l-Unjoni tkun tista’ toħroġ mill-kriżi aktar b’saħħitha;

2.

Iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi biex jinkoraġġixxu l-leġittimità demokratika fl-affarijiet kollha tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-leġittimità demokratika tissaħħaħ fir-rigward tal-Unjoni Bankarja u l-mekkaniżmu superviżorju uniku proposti, permezz tal-involviment sħiħ tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur;

4.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati sewwa l-effetti sekondarji reċiproċi potenzjali tal-Unjoni Bankarja fiż-żona tal-euro fuq pajjiżi li mhumiex membri taż-żona tal-euro;

5.

Jenfasizza li se jikkunsidra proposti dwar l-Unjoni Bankarja bħala pakkkett fil-każ li jemendaw leġiżlazzjoni li ġiet adottata permezz tal-proċedura ta' kodeċiżjoni;

6.

Jissottolinja li kwalunkwe bidla maġġuri fis-superviżjoni, inkluż ċaqliq lejn istituzzjonijiet oħra, jeħtieġ li tkun akumpanjata minn żieda ekwivalenti fit-trasparenza u r-responsabbiltà ta’ tali istituzzjonijiet lejn il-Parlament Ewropew, li jeħtieġ li jkollu drittijiet sħaħ li jagħmel mistoqsijiet u setgħat sħaħ rigward proċeduri ta’ ħatra u proċeduri baġitarji;

7.

Jagħti istruzzjonijiet ill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew, u lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 61.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0331.

(3)  ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15.

(4)  ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 41.

(5)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(6)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162.

(7)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(8)  ECFIN/CEFCPE(2008)REP/53106 REV REV.

(9)  ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.

(10)  ĠU L 295, 20.10.1978, p. 36.

(11)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47.

(12)  Testi adottati, P7_TA(2012)0049.

(13)  Testi adottati, P7_TA(2011)0313.


Top