EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0368

Programm Komunitarju għas-servizzi finanzjarji, ir-rappurtaġġ finanzjarju u l-ivverifikar ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' programm Komunitarju biex jappoġġja attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, ir-rappurtaġġ finanzjarju u l-ivverifikar (COM(2009)0014 – C6-0031/2009 – 2009/0001(COD))
P6_TC1-COD(2009)0001 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju għall-appoġġ ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika
ANNESS

OJ C 212E, 5.8.2010, p. 324–325 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/324


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
Programm Komunitarju għas-servizzi finanzjarji, ir-rappurtaġġ finanzjarju u l-ivverifikar ***I

P6_TA(2009)0368

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' programm Komunitarju biex jappoġġja attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, ir-rappurtaġġ finanzjarju u l-ivverifikar (COM(2009)0014 – C6-0031/2009 – 2009/0001(COD))

2010/C 212 E/48

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2009)0014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0031/2009),

wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz ta' l-ittra tas-6 ta' Mejju 2009, li japprova l-proposta kif emendata, skond l-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż, tat-Trattat KE

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Baġits (A6-0246/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jikkunsidra li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu massimu tal-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2007-2013 u jindika li l-ammont annwali għandu jiġi deċiż bil-proċedura baġitarja annwali skont it-termini tal-Punt 37 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA);

3.

Jikkunsidra li l-Punt 47 tal-IIA japplika fil-każ li l-korpi Ewropej ikkofinanzjati mill-programm biex jappoġġjaw l-attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, ir-rappurtaġġ finanzjarju u l-ivverifikar isiru aġenziji;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
P6_TC1-COD(2009)0001

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju għall-appoġġ ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE.)

L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew

L-aggravazzjoni tal-kriżi finanzjarja enfasizzat il-ħtieġa urġenti li jissaħħu l-konverġenza u l-koperazzjoni superviżorja fil-livell tal-UE. L-iżvilupp ta' għodod komuni tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-kultura komuni superviżorja mit-tliet Kumitati ta' Sorveljanza tal-UE, is-CESR, is-CEBS u s-CEIOPS, huma żewġ strumenti li bihom jista' jintlaħaq dan il-għan.

B'riżultat ta' dan, u sakemm jidħol fis-seħħ il-Programm Komunitarju għall-perjodu 2010-2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex tkompli bil-proposta għall-għoti ta' finanzjament interim lit-tliet Kumitati ta' Sorveljanza tal-UE fl-2009 billi tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni skont dawn il-linji:

il-finanzjament interim tal-Kummissjoni għall-2009 jiġi identifikat fil-qafas tal-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern għas-sena 2009 skont il-linja baġitarja 12.0201. Dan il-finanzjament interim għalhekk se jiġi mill-baġit eżistenti tal-Kummissjoni, mill-ammonti allokati diġà mill-awtoritajiet baġitarji lid-Direttorat Ġenerali għas-Suq u s-Servizzi Interni għall-2009. Id-deċiżjoni nnifisha dwar il-finanzjament għalhekk se tieħu s-sura ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni se tipprovdi lit-tliet Kumitati ta' Sorveljanza tal-UE għotjiet ta' azzjoni limitati sabiex jiġu ffinanzjati (i) proġetti ta' taħriġ settorjali u transsettorjali żviluppati mit-tliet Kumitati ta' Sorveljanza tal-UE u (ii) fil-każ tas-CESR, proġett speċifiku tal-IT permezz tal-Mekkaniżmu għall-Iskambju ta' Rappurtar tat-Tranżazzjonijiet (TREM), permezz tad-Direttiva dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MiFiD) (1), jiġifieri l-estensjoni tat-TREM biex ikopri derivattivi mingħajr formalitajiet (over-the counter). Dawn huma proġetti strateġiċi li ġew identifikati bħala prijoritajiet mit-tliet Kumitati ta' Sorveljanza tal-UE.

L-ammont totali ta' finanzjament interim tal-Kummissjoni għall-2009 mhuwiex se jaqbeż il-EUR 500 000 u għandu jkopri parti min-nefqa tal-proġetti u t-taħriġ identifikati mressqa mill-Kumitati tas-Superviżjoni tal-UE għall-2009.

Id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-finanzjament interim għall-2009 hija ġustifikata minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-kriżi finanzjarja li għadha għaddejja u minħabba li l-Programm Komunitarju previst mhux se jidħol fis-seħħ qabel l-2010. Din id-deċiżjoni għalhekk mhijiex intiża biex toħloq preċedent.


(1)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 swar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (ĠU L 145, 30.4.2004, p.1).


Top